Where your opinion counts

Salvu Balzan jgħid li l-Partit Laburista għandu jarmi lil Joseph Muscat ‘l hemm

Qed nara dan l-artiklu ta’ Saviour Balzan. L-ikbar żball li jista’ jagħmel il-Labour Party bħalissa huwa dak li jisma’ milli qed jgħidlu Salvu Balzan – “disown Muscat now” – jew jarmi lil Joseph Muscat ‘l hemm.

Jien kont wieħed minn dawk li kont nikteb kontra Joseph Muscat meta kien fil-glorja. Salvu Balzan stess ammetta li kien ħlief ifaħħru ma jagħmilx. Issa nqablet ir-rota. Jien ma għandix għalfejn niddefendi lil Joseph Muscat għax qatt ma ħadt xejn mingħandu u l-anqas ippretendejt xi ħaġa. U l-anqas qed nikteb dan għaliex qed nippretendi xi ħaġa jew biex nintgħoġob ma xi ħadd.

Biss xorta ngħidha. Il-Lejber jagħmel żball kbir jekk jarmi lil Muscat ‘l hemm. Għamel żballji kbar Joseph Muscat iżda l-ikbar żball kien dak tal-ommissjoni.

Kont għidt li jekk il-Lejber jidħol fi kriżi, il-kriżi tiegħu tkun aktar profonda minn dik tal-Partit Nazzjonalista. Iż-żmien qed jagħtini raġuni. Dak li jrid jevita l-Partit Laburista huwa li jidħol ġo din il-kriżi. U

jekk jarmi lil Muscat ‘l hemm ser jidħol fiha żgur.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *