Where your opinion counts

Bernard Grech iħassar l-attivita’ politika f’Ħaż-Żabbar

Il-kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, għadu kemm ħassar attivita’ politika li kien ser jagħmel għada f’Ħaż-Żabbar. Minflok ser jagħmilha fid-Dar Ċentrali. Biss, l-attentenza hija taħt kontroll. Biex wieħed jattendi, jrid iċempel qabel.

Infakkar li f’Ħaż-Żabbar hemm każin politiku. B’hekk anki jekk it-temp ma kienx ser ikun tajjeb, din xorta setgħet issir ġewwa’. Forsi wieħed jistaqsi imma bil-miżuri tal-Covid19 setgħu jagħmluha ġewwa? Forsi taħt il-protocol preżenti, ġewwa joqogħdu ftit nies, madwar għaxra.

Biss ma jidhirx li t-temp kien il-veru raġuni għala tħassret din l-attivita’. Dan ġab tħassib fost in-Nazzjonalisti ta’ Ħaż-Żabbar. Dan għaliex hemm fattur ieħor li kien ser jiġri għada. Għal din l-attivita’ kien ser ikun hemm preżenti Dr. Adrian Delia.

Wieħed jistaqsi jekk din hix il-vera raġuni, aktar milli t-temp ħażin previst, għala tħassret din il-laqgħa politika ġewwa Ħaż-Żabbar?

Infakkar li din tħassret 24 siegħa qabel u l-anqas ma stennew biex jaraw eżattament kif ser ikun it-temp għada matul il-ħin li kellha ssir din il-laqgħa politika.

Il-Partit Nazzjonalista spiċċa partit tal-baħrin tal-bnazzi!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *