Gafa’ Jikkonferma li Yorgen Fenech mhux il-Mastermind tal-Qtil ta’ Daphne

Illum il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru deher il-Kummissarju tal-Pulizja Angelo Gafa’ quddiem l-Imħallfin. Dak li ħareġ mix-xhieda tiegħu hija li l-pulizija għadha ma tafx il-mottiv tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Din hija serja ħafna. Serja għaliex hemm persuna l-ħabs. Din il-persuna hija Yorgen Fenech. Dan qed jinżamm il-ħabs għaliex tar-Repubblika u l-familja Caruana Galizia u l-avukati tagħhom ġa kienu stabbilew li l-mottiv ta’ dan id-delitt hu l-ElectroGas u Yorgen Fenech kien wara dan id-deal. Tant kemm hu hekk li għamlu kawża għad-danni morali u anki sekwestru fuq l-ElectroGas. Tant kemm kienu ċerti li l-ElectroGas hija l-mottiv ta’ dan id-delitt li l-avukati tal-familja Caruana Galizia wżaw din l-istorja biex jitkeċċa Adrian Delia minn kap tal-Partit Nazzjonalista.

Issa jiġi l-Kummissarju Gafa’ u jgħid li l-mottiv tad-delitt għadu “unclear” jew “mhux ċar”. Naħseb inkun korrett meta ngħid li l-ElectroGas mhix il-mottiv ta’ dan id-delitt. Possibli wara dawn ix-xhur kollha u din l-investigazzjoni intensa fuq l-aspetti finanzjarji u l-mottiv tad-delitt hu ‘unclear’? Anzi Gafa’ għamilha ċara li r-reati finanzjarji qed jagħtihom importanza. Mela kienet din l-investigazzjoni li ħarġet il-verita’ li Daphne Caruana Galizia ma nqatlitx minħabba l-ElectroGas.

Din jiena ġa għidtha. Kull ma qed jagħmel hawn il-Kummissarju tal-Pulizija huwa eżerċizju ta’ damage control. Huwa qed juża din l-inkjesta bħala pjattaforma biex inaqqas mill-ħsara li revelazzjoni bħal din ser iġġib lill-Korp tal-Pulizija li huwa jmexxi. Infakkar li kemm ilu huwa Kummissarju tal-Korp, din it-teoroma ngħatat in-nar.

Mela għala l-ispetturi li qed jinvestigaw il-każ ma qalux dan il-fatt ċar u tond fil-qorti? Kellna nistennew it-tkeċċija ta’ Adrian Delia biex insiru nafu b’dettal daqshekk importanti?  Infakkar li l-avukat tal-parti ċivili, Jason Azzopardi hu ħabib kbir tal-ispetturi li qed jinvestigaw dan id-delitt. Jason Azzoparid ilu jgħid li l-mottiv tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hija l-ElectroGas. L-istess jista’ jingħad għall-familja Caruana Galizia. Din il-familja hija ħabiba ma’ wieħed mill-ispetturi. Din ilha tgħid li l-mottiv hu l-ElectroGas. Għaliex il-pulizija qatt ma ħarġet stqarrija biex tikkoreġi x’kienu qed jgħidu dawn in-nies, inkluż Jason Azzopardi?  Għal darba oħra, Jason Azzopardi inqabad jigdeb. Għaliex kellna nistennew it-tkeċċija ta’ Adrian Delia biex insiru nafu b’dettal daqshekk importanti? Fuq kollox, meta l-Kummissarju Gafa’ qed jgħid li l-ElectroGas mhux il-kawża tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia qed jikkonferma b’mod indirett li Yorgen Fenech mhux il-mastermind wara dan id-delitt. Infakkar li r-raġuni li ngħatat għala Yorgen Fenech qatel lil Daphne Caruana Galizia għaliex hija kienet ser tikxef dan l-iskandlu tal-ElectroGas. Mela għala Yorgen Fenech qed jinżamm arrestat il-ħabs? Ċara, biex il-klikka setgħet ittajjar lil Delia u teliġġi xi ħadd ieħor floku.

Leave a Reply