Oxxenita’ ta’ Differimenti fit-Tul

Illum kompla l-każ ta’ Yorgen Fenech. Mhux ser nikkummenta fuq dak li qal l-avukat tad-difiża li kkonferma t-teżi tiegħi li għandna frame-up. Fuq dan nikteb separatament. Dak li ser nikkummenta fuqu huwa dan il-ġej. Mela għandna persuna li qed tinżamm arrestata l-ħabs jew kif qal Dr. Jason Azzopardi, qegħda tkun detenuta il-ħabs. Il-magistrata għadha ma tatx il-liberta’ provizorja. Din hija deċizjoni tagħha. Nifhem li hemm limitazzjonijiet legali u problemi marbuta mal-Covid19. Biss jekk dan hu l-każ, dawn għandhom imorru favur l-akkuzat li quddiem il-liġi għadu mitqies innoċenti. Fuq kollox, aktar ma qed jgħaddi ż-żmien, aktar qed joħorġu d-diffikultajiet tal-pulizija f’dan il-każ. Mhux ser nikkummenta fuq dawn id-diffikultajiet li ħarġu anki matul is-seduta tal-lum. Biss il-kompilazzjoni għadha ma ngħalqitx. Mela quddiem dawn id-diffikultajiet legali u l-bżonn ta’ differimenti fit-tul għala persuna tibqa’ tinżamm taħt arrest il-ħabs? Infakkar li l-liġi torbot lill-magistrat li differiment jrid ikun ta mhux inqas minn xahar.  B’hekk f’dan il-każ, il-maġistrata ppruvat tagħti differiment l-inqas li setgħet fiċ-ċirkustanzi possibli.

Biss xorta, għalija din hija oxxenita’ u inġustizzja kbira. Nista’ nifhem l-iskop ta’ din il-liġi u jingħata differiment fit-tul jekk il-persuna qegħda barra. Iżda nirrepeti tkun qed issir inġustizzja, hija minn hija l-persuna, meta jibqgħu jingħataw diferimenti bħal dawn meta l-persuna qegħda ġewwa. Mela l-każ tal-lum juri l-bżonn ta’ tibdil f’din il-liġi. Infatti, is-smigħ li jmiss huwa għat-2 ta’ Diċembru, jiġifieri aktar minn xahar ieħor.

Infakkar li t-tkaxkir tas-saqajn fil-qrati isir meta persuna ma jkollhiex raġun. F’dan il-każ, it-tkaxkir tas-saqajn mhux qed isir minn Yorgen Fenech u l-avukati tiegħu. Issa kulħadd jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu għala hemm bżonn li Yorgen Fenech jibqa’ jinżamm arrestat il-ħabs u f’interess ta’ min qed jinżamm il-ħabs. Imbagħad, minflok għandna Oppożizzjoni li tara li dawn l-abbużi ma jsirux fis-sistema tagħna, u taħdem biex liġi bħal din tinbidel għaliex tmur kontra s-saltna tad-dritt, din l-istess Oppożizzjoni illum issir parti minn dawn it-tip ta’ abbużi.

Illum hemm Yorgen Fenech. Għada jista’ jkun hemm int jew xi wieħed minn uliedek.

Leave a Reply