L-Inkjesta tal-Bieraħ Kompliet Turi li l-ElectroGas ma Għandha x’Taqsam Xejn mal-Qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-bieraħ it-Tnejn 19 ta’ Ottubru kompliet inkjesta mit-tliet imħallfin. Fiha deher u kompla jagħti x-xhieda tiegħu Paul Apap Bologna. B’hekk l-inkjesta kompliet iddur mal-istorja tal-ElectroGas. Biss qabel ma niġi għax-xhieda ta’ Apap Bologna, dak li laqatni l-bieraħ kien il-fatt li l-gazzetti ma tawx din l-inkjesta b’mod dirett izda din ġiet irrappurtata fil-għaxija. Hawn qed nirreferi kemm għal The Times u anki għal Malta Today li inċidentalment huma qed jikkollaboraw f’dak li qed isejħulu The Daphne Project.

Izda l-istorja ma tieqafx hawn. Infakkar li Paul Apap Bologna ġa deher quddiem l-imħallfin. Huwa deher nhar 2 ta’ Ottubru 2020. Għal xi raġuni mhux spjegata, l-imħallfin ma kienux kuntenti bix-xhieda tiegħu u qalulu li ser jerġgħu jgħajtulu u tawh anki d-data meta ser jidher quddiem jiġifieri t-Tnejn tad-19 ta’ Ottubru 2020.

L-istess ġara meta deher Mark Gasan. Hu deher nhar il-5 ta’ Ottubru. Biss qalulu li ser jerġgħu jgħajtulu. Infatti jmissu jerġa’ jitla’ jixhed. Ma nafx kemm kien hemm kazijiet fejn ix-xhieda li qed jidhru quddiem dawn l-imħallfin ġew mitluba biex jerġgħu jidhru quddiemhom. Fuq kollox, hemm eliment komuni bejn Paul Apap Bologna u Mark Gasan. Dawn tawh ix-xhieda tagħhom dwar l-ElectroGas. U dawn it-tnejn qed jiġu mitluba biex jerġgħu jitilgħu jixhdu.

Issa, ftit jiem qabel ma reġa’ deher Paul Apap Bologna quddiem l-imħallfin ġara fatt interessanti. Id-Daphne Project ippubblikaw storja dwar email li tikkonċerna lil Yorgen Fenech. Din l-istorja deħret nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Ottubru. Meta tara it-timeline ma tistax ma tistaqsix jekk hawn għandix verament kumbinazzjoni jew inkella seħħ miraklu. Qieshom l-imħallfin kienu jafu li tliet t’ijiem qabel ma kien ser jidher Paul Apap Bologna kienet ħierġa din l-istorja dwar l-ElectroGas!

Imbagħad x’ħareġ il-bieraħ f’din l-inkjesta? Għal darba oħra, minn kif irrappurtat fil-media, ingħatat l-impressjoni li l-imħallfin qed jagħmlu l-ġudizzju tagħhom ġa magħruf fuq il-fatti li qed jisimgħu.  Min-naħa tiegħu, Paul Apap Bologna kompla juri li mhux veru li kien hemm korruzzjoni minn naħa ta’ Yorgen Fenech fir-rigward tal-ElectroGas. Jekk kienx hemm korruzzjoni jew le, naħseb li din għandha tkun stabbilita mill-pulizija għaliex l-ElectroGas ma għandha x’taqsam xejn mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fil-verita’, The Daphne Project ma kixef xejn straordinarju li ma jiġrix fid-dinja tan-neġozju – jiġifieri li businessman ħa commission jew success fee. Dan li għadu ma ġiex ippruvat li kien hemm tixħim. Fuq dan il-punt, Paul Apap Bologna kien ċar ħafna u mkien ma ħareġ mix-xhieda tiegħu li kien hemm xi tip ta’ tixħim. Ibqgħu zguri li kienu kien hemm tixhim, kieku l-ġurnalisti kienu jagħtuna din l-aħbar mill-ewwel u mhux ixandru informazzjoni dwarha siegħat wara li tkun intemmen ix-xhieda kif fil-fatt ġara din id-darba u kien hemm ġurnali l-anqas biss tawna aħbarijiet dwarha.

Leave a Reply