Għaliex The Times ppubblikat biss l-istorja tas-Sekwestru Kontra Yorgen Fenech?

Il-gazzetta The Times tatna artiklu li fih tkellmet dwar is-sekwestru magħmul mill-familja Caruana Galizia kontra Yorgen Fenech. Kif kont ħabbart jien, dan kien ta’ 5 miljun. The Times qaltilna li dan sar kontra l-ElectroGas. Fi kliem ieħor, dan hu l-ammont li din il-familja qed tistenna li tingħata bħala danni mingħand Yorgen Fenech.

Biss il-mistoqsija hija din. Għala The Times ippubblikat biss l-istorja dwar il-mandat kontra Yorgen Fenech? Infakkar li l-familja Caruana Galizia għamlet mandat ukoll kontra l-aħwa Degiorgio, Vince Muscat il-Koħħu u anki Melvin Theuma. Għala l-istorja jew l-ammonti mitluba mingħand l-aħwa Degiorgio, Muscat u Theuma ma ġewx ippubblikati minn The Times? Għala qatt ma kitbet storja dwarhom. Kemm qed titlob il-familja f’danni mingħand l-aħwa Degiorgio? Kemm qed titlob f’danni mingħand Vince Muscat l-Koħħu? U kemm qed titlob f’danni mingħand Melvin Theuma?

Jekk ġurnal huwa verament indipendenti għandu jippubblika kollox, inkluż l-ammonti mitluba kontra dawn in-nies. Dan għandu jsir la darba ġiet ippubblikata l-istorja wara s-sekwestru mitlub mingħand il-familja Caruana Galizia kontra Yorgen Fenech. Jekk dan ma jsirx ikompli joħroġ fil-beraħ l-agenda ġurnalistika li hemm kontra Yorgen Fenech u xejn aktar.

Leave a Reply