Persuni Mweġġa’ minn Daphne Caruana Galizia għandhom Dritt għad-Danni Morali

Il-kawża li nfetħet mill-familja Caruana Galizia kontra Melvin Theuma, Yorgen Fenech, Vince Muscat u l-aħwa DeGiorgio ġabet numru ta’ reazzjonijiet. Il-familja Caruana Galizia qalet li d-dħul kollu minn din l-kawża ser imur għand il-Fundazzjoni Caruana Galizia u dawn għandhom jintużaw biex jgħinu lill-ġurnaliżmu ħieles. Fuq kollox, skont ma rrappurtaw il-gazzetti, informazzjoni dwar din il-kawża ġew mogħtija lill-Media mill-Fundazzjoni Daphne Caruana Galizia. Hija ddefendit wkoll l-ispiritu ta’ din il-kawża. Fi kliem ieħor, din il-Fundazzjoni għamlet tagħha din il-kawża.

Kif kelli ċans nikteb, il-Fundazzjoni Daphne Caruana Galizia akkużat lil dawn il-ħames persuni li qed jużaw il-fondi tagħhom biex jikkorrompu lill-istituzzjonijiet. Jien hawn ngħidilhom li jekk dawn għandhom provi ta’ dan kollu jieħduhom għand il-puliżija jew iġibuhom fl-inkjesta jew fil-kompilazzjoni li għaddejja kontra Yorgen Fenech.

Biss l-aktar fattur legali importanti li ħareġ s’issa huwa l-pożizzjoni legali li ħadet il-Fundazzjoni. Fis-sens li jekk din il-fundazzjoni qed tassumi rrispondabilita’ għall-wirt kollu ta’ Daphne Caruana Galizia, din trid tassummih kollu, fit-tajjeb u l-ħażin tiegħu.

L-ewwel hemm risponsabilita’ għal din l-azzjoni legali. Fil-każ li dawn l-erbgħa persuni jinħelsu jew ma jinstabux ħatja, min ser jagħmel tajjeb għal din l-azzjoni legali? Dawn il-persuni ser ikollhom id-dritt li jfittxu rikompens finanzjarju tal-akkużi li kienu saru kontra tagħhom.

Imbagħad hemm il-wirt ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-kitbiet tagħha ma kienux biss marbuta ma’ investigazzjoni fuq korruzzjoni. Numru kbir ta’ artikli tagħha kienu marbuta ma’  tgħajjir u żebbliegħ ta’ ċittadini Maltin u Għawdxin. Ħafna minn dawn iċ-ċittadini ma kellhom xejn x’jaqsmu mal-politiku jew jekk kellhom x’jaqsmu mal-politika u ma kienux korrotti. Ħafna persuni ġew vilifikati minn Daphne Caruana Galizia bl-artikli tagħha għalxejn. Saru qlajjiet serji minnha fuq persuni – inkluż dwar il-ħajja privata tagħhom – li ma kienux minnhom. F’każijiet minnhom kienu ser iwasslu jew saħansitra wasslu anki għat-tkissir tal-familji.

Għandhom dawn il-persuni d-dritt għar-rikumpens finanzjaru? L-argument li qed iġġib il-familja Caruana Galizia li soffriet – fost l-oħrajn – danni morali jgħodd għal ħaddieħor ukoll. Dawn in-nies li ġew mgħajra ma soffrux danni morali wkoll?

Nemmen li la darba din il-fundazzjoni qed tieħu risponsabilita’ ta’ għemil Daphne Caruana Galizia, għandha tieħu risponsabilita’ sħiħa u mhux parzjali tal-kittieb ta’ Daphne Caruana Galizia. Jekk fundazzjoni ħa tassumi l-wirt ta’ Daphne Caruana Galizia, din trid assumih kollu.

Fuq kollox, dan hu dak li jfisser wirt. Wieħed jiret it-tajjeb u l-ħażin tal-ġenituri tiegħu. Kien hemm kummenti f’dan is-sens fil-gazzetti fejn persuni qed isibu l-kuraġġ biex jitkellmu li ġew mgħajra u moralment demoralizzati minn Daphne Caruana Galziia. Jien nemmen li dawn  għandhom dritt għall-kumpens. Wieħed irid ifakkar li dawn il-persuni, bħal familja Caruana Galizia, għandhom dritt għall-danni morali wkoll minħabba l-gideb u l-qlajjiet ta’ Daphne Caruana Galizia fuqhom.

Leave a Reply