Kangaroo Court

Dak li qed jiġri f’Malta fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia huwa li dawk li jappoggjaw il-kawża tagħha iridu jibdlu lill-qrati tagħna “kangaroo court”. Din il-kelma tintuża biex tispjega sistema ġurika fejn qorti tispiċċa ostaġġ u f‘idejn group ta’ nies, li jmexxuha b’mod mhux offiċjali, biex anki jekk ma jkollhomx evidenza ċara jew tajba, persuna xorta waħda tkun tista’ tinstab ħatja. Fi kliem ieħor, meta jiġri dan, addio r-rule of law.

Dan hu dak li qed jiġri meta tinfetaħ kawża għal danni mingħand persuni li l-anqas għadhom instabu ħajta ta’ reat u din il-kawża tinfetaħ fuq insinwazzjoni serja li huma l-qattiela. Mhux biss, iżda l-istess kawża tagħmel insinwazzjoni serja ħafna li dawn il-persuni, allavolja l-ħabs, xorta qed jikkorrupu lis-soċjeta’ u l-istat Malti.

Dak li nista’ ngħid li s’issa għadu ma ġie ppruvat xejn. Dak li għandha huma dikjarazzjonijiet konfużi u r-recordings konfużi ta’ Melvin Theuma. Għandha l-ammissjoni tal-pulizija li x’uhud minn dawn ir-recordings mhux awtentiċi – jiġifieri foloz!

Għandha l-istorja tal-ElectroGas u 17Black. Sa issa għandu ma ġie ppruvaw xejn. Issemma’ li Yorgen Fenech u ntqal li ismu kien fuq il-panama papers. So what! Mhux kull Malti li kien fil-Panama Papers spiċċa arresta u quddiem il-qorti. Nofs id-dinja tal-business kienet fuq din il-lista. Kien hemm il-Paradise Papers. Dawn ħadd ma jsemmihom. Anzi ssib numru ta’ nies li isimhom qiegħed fuq il-Paradise Papers li jiskandalizzaw ruħhom b’Yorgen Fenech għax għandu ismu fuq il-panama papers! Issa jekk Yorgen Fenech għandu 17Black – “good luck to him”. S’issa għadu ma ġie ppruvat xejn b’mod konkrett li din il-kumpanija qed tieħu jew jgħaddu minnha flus mill-korruzzjoni mill-ElectroGas. Anzi x-xhieda li ttellghet bħala parti mill-Inkjesta, ippruvat li mhux qed jgħaddu flus ta’ korruzzjoni mill-ElectroGas lill-kumpanija 17Black. Issa jekk dawk li jappoġġaw il-kawża ta’ Daphne, għadhom xhieda bil-maqlub, dejjem jistgħu jippreżentawha fl-inkjesta jew jgħadduha lill-pulizija.

Dak li nista’ nikkonkludi li din il-kawża qed issir għaliex il-familja Caruana Galizia tinsab f’paniku. Dawn irridu  jibqgħu fl-attenzjoni jew kif jgħidu bl-Ingloż “to put themselves in the news”. Dan għaliex “They want to remain in the limelight”. B’hekk qed jipprovaw jaqbdu ma kull tibna u jinsinwa li dawn il-ħames mill-persuni qed jużaw l-flus biex ikomplu jagħmlu l-korruzzjoni meta erbgħa minnhom qegħdin il-ħabs u taħt għassa stretta. Anki Melvin Theuma li mhux il-ħabs qiegħed taħt għassa stretta. Il-verita’ hija li din il-familja ser taqa’ għaċ-ċajt! Hu għalhekk qed jagħmlu din il-kawża. Dawn jafu li mhux ser jirrexxilhom jilħqu l-għan tagħhom.

U b’hekk, qed joħroġ aktar evidenti li l-istrateġija kollha hawn hija waħda marbuta mal-flus. Hu biex jilħqu dan il-għan, qed jirreduċu l-qrati tagħna għall-kangaroo courts, fejn akkost ta’ kollox, anki jekk ma hemmx evidenza ċara, jridu jibgħatu persuni l-ħabs. Hawn ma hawnx aktar rule of law iżda rule of the mob. U dan kollu qed isir bl-għajnuna tal-Ewropa u l-Kummissjoni Venenzja. Mhux qed nuża l-kliem “mob rule” bl-addoċċ. Dawn qed jitolbu u jiftaħru bir-rule of law, iżda mbagħad jagħmlu kawża intiża biex iġibu s-support tal-mob (il-marmalja) lejhom. Dan qed jagħmel aktar ħsara milli ġid lill-kawża tagħha għaliex b’dawn l-azzjonijiet qed jitilfu l-kredibilita’ legali li għandhom. B’hekk is-sistema ġuridika tagħna trid ikollha l-kuraġġ li ma taċċettax din it-tip tas-submissjonijiet għaliex kull ma qed jiġri hawn huwa biss li jintilef ħin preżżjuż tal-qrati tagħna.

Leave a Reply