Where your opinion counts

Tkompli tikber il-qasma fil-Partit Laburista: il-partner taċ-CEO juri tħassib dwar Chris Fearne

Issa kien imiss lil Cyrus Engerer biex jitkellem dwar dak li qed jiġri marbut mal-inkjesta tal-Maġistrata Gabriella Vella. Cyrus Engerer ħareġ kontra Chris Fearne. Engerer qed juri tħassib kemm Fearne jista’ jkun il-bniedem idoneju li l-gvern jibgħat bħala Kummissarju fl-Unjoni Ewropea.

Il-fatt li llum hemm tħassib dwar kemm Fearne jista’ jilħaq kummissarju huwa fatt. Imma li xi ħadd bħal Cyrus Engerer juri dan it-tħassib jaħbi realitajiet interni oħra fil-Partit Laburista.

Cyrus Engerer hu l-partner ta’ Randolph DeBattista. DeBattista hu ċ-CEO tal-Partit Laburista u Randolph DeBattista hu biċċa waħda ma’ Robert Abela. Mela meta qed jitkellem Cyrus Engerer, mhux qed jirrifletti x’jaħseb hu, imma qed jagħmilha ta’ messaġġier għall-ħaddieħor. Dan jikkonferma kemm kien profetiku fi kliem ta’ Franco Debono dwar il-mod kif Robert Abela qed jagħmel massakru fost sħabu stess.

2 thoughts on “Tkompli tikber il-qasma fil-Partit Laburista: il-partner taċ-CEO juri tħassib dwar Chris Fearne

  1. Tkompli tikber il-qasma fil-Partit Laburista: il-partner taċ-CEO juri tħassib dwar Chris Fearne. Wow!! M’hemm l-ebda qasma għaliex Cyrus Engerer jagħmel stqarrijiet kif jidhirlu hu. Engerer illum lanqas hu biss kandidat u allura jinsab liberu li jgħid li jrid. Nassumi li ma ħarigtx għaliex mill-kalkoli li għamel deher li ċ-ċansijiet tiegħu li jitla’ bħala MEP kienu minimi. Deċiżjoni li ħadha hu għandu tkun rispettata. Dak li jgħid mhux bilfors kulħadd jaqbel miegħu imma hi biss il-verżjoni tiegħu. Inħoss li bl-ebda mod s’issa mhu tidher li hemm xi trikki trakki bejn is-sieħeb tiegħu u l-Partit Laburista.

  2. Kieku biss Cyrus Engerer telaq għar-rasu kif qieghed jidher li ghamel, dan ifisser qasma fil-PL? Ħa jkun l-ewwel żwieġ fejn il-koppja ma jkunux jaqblu ma xulxin politikament? Sempliċiment jirrispettaw l-opinjoni ta’ xulxin. Lanqas qasma bejniethom m’għandu jkollhom aħseb u ara fil-partit. Jekk bniedem iħalli partit, sakemm ma jlablax żejjed, ikunu biss tilef vot.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *