Where your opinion counts

Fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, il-Lejber qed jissogra li jitlef il-maġġoranza f’Birkirkara, il-Mellieħa u l-Belt Valletta

Il-Ħadd l-ieħor ħareġ survey ta’ Marmara. F’dan is-survey, id-distakk bejn il-Lejber u l-PN niżel. Issa t-toqol ta’ dan kollu jinsab fuq spallejn Robert Abela. Fi kliem ieħor, fl-aħħar elezzjoni, Robert Abela seta’ jiddependi fuq il-voti u l-wirt ta’ Joseph Muscat. Issa din hija l-ewwel leġislatura kollha tiegħu u mingħajr Joseph Muscat.

Mela dak kollu li qed jiġri f’din il-leġislatura huwa kollu fuq spallejh. Issa jidher li l-Lejber niżel. Ġa kien niżel fl-aħħar elezzjoni meta naqqas fil-voti effettivi. Issa l-free fall hija ikbar. Dak li qed jiġri u dan hu dak li qed isalva lil-Lejber hu li waqt li l-lejber niżel, anki il-PN niżel.

Imma issa l-Lejber ma jistax jibqa’ jiddependi mill-iswitchers. Issa jidher li l-partitarji Laburisti li qed jgħidu li mhux ser jivvutaw qed ikollhom effett fuq lokalitajiet li ntrebħu bi sbrixx fl-aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali taħt Joseph Muscat.

B’hekk lokalitajiet li fl-aħħar elezzjoni tal-kunsilli lokali kienu Nazzjonalisti u qalbu Lejber, issa qed jissuggraw li jerġgħu jmorru għand il-Partit Nazzjonalista, Fost il-lokalitajiet li qed jilgħabu u li l-Lejber jista’ jitlef hemm Birkirkara, il-Mellieħa u l-Belt Valletta.

Jekk il-Laburisti f’dawn il-lokalijiet ma joħorġux jivvutaw, l-iswitchers ma humiex biżżejjed biex iżommu dawn il-lokalitajiet għand il-Lejber. Anki jekk il-PN mhux qed javvanza f’termini ta’ voti fuq dawn il-lokalitajiet, xorta il-Lejber qed jissoggra li jitlifhom għaliex il-PN ser jerbaħhom lura by default għaliex fihom għandu bażi aktar qawwija mill-Lejber u għalhekk fuq dawn il-lokalitajiet, il-vot tal-partitarji Laburisti huwa importanti, daqs jew aktar minn dak tal-iswitchers biex jibqgħu għand il-Partit Laburista.

3 thoughts on “Fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, il-Lejber qed jissogra li jitlef il-maġġoranza f’Birkirkara, il-Mellieħa u l-Belt Valletta

  1. Jidher ċar li hemm eluf ta’ nies li huma disillużi bit-tmexxija tal-politiċi tagħna, huma min huma, tal-liema partit huma! Il-PN baqa’ stagnat fil-ħondoq u allura l-uniku partit li potenzjalment jista’ jitlef mill-voti huwa l-Partit Laburista. Eluf li mhux lesti jivvutaw PN u jiddeċiedu li jastjenu u jibqgħu d-dar!!! Fadal ġimgħat u dan in-numru ta’ dawk li mhux ser jivvutaw jista’ jonqos li l-partit li jista’ jgawdu minn dan il-fatt huwa l-Partit Laburista.

  2. Staying at home is a one-day protest. Going to vote for alternative candidates or parties is a long-term protest.

  3. I think that the European membership disenchantment is still there and is further reinforced as cooling towards EU continue, … and this is affecting the Maltese political class

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *