Where your opinion counts

L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Minn osservatur politiku

L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew qiegħdin magħna u l-Maltin u l-Għawdxin qed jgħidu jew isemmu l-problemi li qed jaħkmu lil din l-istess unjoni. Wieħed minn kull erbgħa Maltin qalu li l-gwerra tal-Lvant Nofsani hija l-iżjed li qed toħloq inkwiet lill-Unjoni Ewropea. Skond min irrisponda għall-mistoqsija fl-aħħar sondaġġ qalu li l-ikbar sfida għall-Unjoni Ewropea hija l-gwerra ta’ Gaza u din l-isfida jklassifikat qabel l-inflazzjoni, l-immigrazzjoni u l-gwerra tal-Ukraina.

Fil-mistoqsija li ntagħmlet dawk li rrispondew kienu mħeġġa jirrispondu minn rgħajhom u kienu mitluba jsemmu dak l-iktar li qed jinkwieta lill-Unjoni Ewropea. Dawn huma punti li ser jirriflettu fuq il-poplu meta jiġu biex jivvotaw fit-8 ta’ Ġunju. Huwa żgur li bħalissa mhux kollox ward u żgħar fl-unjoni u hemm sfidi kbar x’wieħed jiffaċċja. Għalhekk qed isiru dawn l-istħarriġ biex jaraw kif il-poplu Malti u Għawdxi qed iħares lejn it-tmexxija u l-andament tal-Unjoni Ewropea.

Meta sar l-istudju dwar kif irrispondew in-nies ħareġ ċar li hemm differenza bejn min ixaqleb lejn il-Partit Laburista meta mqabbel ma’ dawk li jivvotaw nazzjonalisti. Is-sostenituri tal-Partit Laburista għandhom tendenzi li l-aktar li qed jinkwithom hija il-gwerra ta’ Gaza fil-waqt li dawk li jivvutaw nazzjonalisti jħossu li l-ikbar inkwiet għall-Unjoni Ewropea hija l-gwerra tal-Ukraina.

Min din l-informazzjoni joħroġ li l-mod dgħajjef li l-Unjoni Ewropea ffaċċjat il-gwerra tal-Lvant Nofsani meta qed imutu diversi nies kemm mill-kamp Iżraeljan kif ukoll minn dak Palestinjan. Jista’ jkun ukoll li nħasset l-iżjed din il-gwerra minħabba n-numri kbir ta’ tfal li qed jinqatlu. Allura qed tidher ħafna iktar il-gravita tas-sitwazzjoni.

Huwa mistenni li ser ikun hemm dibattitu mill-poplu dwar din il-gwerra qabel javviċinaw biex jivvutaw. Jista’ jkollu effett fuq il-ħsieb tal-poplu. Ovvjament dan l-argument ser jitqajjem ma’ argumenti jew sfidi oħra li qed jiġu ffiċċjati mill-MEPs.

Hawn Malta rridu niftakru li kien hemm ħafna kritika għal dak li għamlet Roberta Metsola meta mill-ewwel marret l-Iżrael u kompliet tiffavorixxi lil dan il-pajjiż a skapitu tal-palestinjani. Fil-fatt hawn Malta qrajna ħafna dwar in-nuqqas ta’ Roberta Metsola u sħabha li ma kkundannawx lil-Lhud tal-offensiva tagħhom kontra l-poplu ta’ Gaza.

Organizzazjonijiet diversi pretendew li l-Gvern joħroġ aktar b’saħħtu kontra l-ġlied li għaddej f’Gaza. Nafu li l-Gvern talab għall-waqfien mill-ġlied imma ma kkundannax dak li qed jiġri f’Gaza u n-numru ta’ mwiet li qed iseħħu. Dawn huma deċiżżjonijiet li ser jaffetwaw il-poplu Malti meta jmur biex jaqdi dmiru fl-elezzjonijiet għall-membri fil-Parlament Ewropew.

One thought on “L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

  1. Genatti bhall “NARMAW LOROPA GHALL GWERRA” Umma ghafarijiet li jefetwaw il-poplu Malti metta jigi biex jidecidi kif jivota.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *