L-Ewropa qed timponi fuq Malta għażla ta’ President tar-Repubblika liberali u woke
Minn Edwin Vassallo
Dan is-sit tkellem kif fl-għażla tal President ta’ Malta qed tkun imwarrba l-possibilita’ ta’ persuna ta’ fidi kattolika ferventi. Jien nemmen li ma għandniex neskludu persuna ta’ konvinzjoni nisranija għax sempliċiment nisranija ferventi u kontra l-abort. F’pajjiżna ma nistgħux naslu fil- mument li nibdew nemmnu li persuna nisranija hija tat-tieni klassi. Imma llum din saret il-politika li qed timbotta Brussell. L-insara saru ċittadini li qed jitfuhom lura fil-katakombi.
Jidher ċar li l-Ewropa llum qed timbotta lil Malta f’din id-direzzjoni u l-Partit Nazzjonalista hu kuntent u ferħan li qed iħaddan din il-politika Ewropea u anti-Kristjana.
Li nitkellmu fuq kriterji ta’ ugwaljanza u jkollna persuna li titwarrab mill-establishment politiku għaliex sempliċiment ta’ twemmin nisrani, turi kemm din l-ugwaljanza hija waħda żoppa u perversa. Imma din hija l-ugwaljanza Ewropea tal-lum. Fiha nnifisha, din it-tip ta’ ugwaljanza saret att ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Ara fuq dan, ħadd ma jmur jipprotesta quddiem r-rappreżentanża tal-Unjoni Ewropea fil-Belt Valletta. Din hija ugwaljanza bbażata fuq l-esklużjoni reliġjuża. L-ebda persuna ma għandha tkun imwarrba minħabba ir-reliġjon li tħaddan.
Veru wassalna f’realta’ fejn pajjiżna, bħal kumplament tal-U.E., qed ikollna l-politika interna tagħna ddettata minn Brussell. Hija Brussell li qed tiddetta l-politika estremista fuq in-nies. Agenda ta’ erba’ estremisti qed tkun imposta fuq popli sħaħ u din il-politika qed tkun imposta anki jekk in-nies huma kontra din il-politika.
Fl-għażla ta’ president, l-establishment politiku f’pajjiżna jrid persuna li tidħol fil-mudell Ewropew ta’ liberali u woke. Fuq dan il-punt, il-PL u l-PN qed jaqblu. Fuq dak li mhux qed jaqblu huwa fuq liema persuna, minn fost il-woke u l-liberali, għandha issir l-għażla għal din il-kariga.
Issa jekk tintgħażel persuna Kristjana ferventi, din ma għadhiex titqies bħala newtrali u allura ma tikkwalifikax biex tkun President ta’ Malta. Brussell iridu persuna newtrali u b’newtrali jifhmu persuna ma tkunx nisranija ferventi u jekk hu possibli, tkun anki ħadmet fiċ-ċrieki ġewwa Brussell. Imsomma tkun nisranija tal-isem biss. Persuna li toqgħod fuq quddiem għall-pontifikali tal-festi waqt li tkompli tnawwar is-sisien insara ta’ pajjiżna.
Għalhekk il-partiti l-kbar qed jaqblu li l-persuna li trid tingħażel bħala president għandha tkun persuna li lesta tiffirma l-liġi tal-abort. Dawn huma llum l-kriterji fundamentali li Brussell trid fl-għażla tal-President ta’ Malta u l-partiti l-kbar saru servili u vassalli ta’ Brussell.
Dan qed iwassal biex dan l-istess establishment politiku ta’ pajjiżna jkompli jinżel aktar u aktar ’l isfel fil-ħama li ġa jinsab fih. Dan hu establishment politiku li ġa qiegħed fi stat ta’ amoralita’ u korruzzjoni tal-verita’. Dawn huma l-kriterji foloz li Brussell trid timponi fuq pajjiżna tramiti l-establishment politiku tagħna. Illum il-partiti l-kbar ħolqu kriterji foloz li fuqhom iridu jaqblu għall-ħatra tal-President ta’ Malta.


Ghandek tiejd dawn li jipopaw sidirhom fuq bolck jew ihor jitkazaw b’dawk li qed jiprovaw jimponu tahom kolla ghandhom ta tahom ukoll lil-min jimponu. Min iriejd lil dan u min iriejd lil ihor, haga wahda hi zgura, lebda parti min hanzir ma tintrema.
Din mhux xi haga tal-lum, din ilha gejja. Ghal minn kien qed josserva l-politika minn lenti analitika, is-sinjali kienu hemm ghaxra, ghoxrin sena ilu.
https://theamericanmag.com/rocco-buttiglione/
L-ahwa tibilghux dak kollu li jghid. Dan mhux bhalna. Cittadini ordinarji li qatt ma tfajna l-vot biex ikun elett President tar-Repubblika. Huwa bhala deputat tal-PN kien jivvota kif jghidu Il-Partit. Vera ipokrita. Kliemu hela ta’ bzieq.