Il-PN iridu lill-eks-Kummissarju Joe Borg bħala president u jwarrbu l-kandidatura ta’ Tonio Borg għaliex Kattoliku ferventi

Dan is-sit jista’ jiżvela li għaddejjin trattativi bejn il-PL u l-PN dwar min ser jinħatar president ġdid tar-Repubblika. Illum biex persuna tilħaq president, trid l-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tal-kamra. Dak żgur li ser jagħmlu hu li l-persuna li ser tkun appuntata president ser tkun waħda liberali.

Dan is-sit ġa żvela li Helena Dalli trid din il-kariga. Dan is-sit jista’ jkompli jiżvela li kienet Helena Dalli stess li marret fuq il-Prim Ministru Robert Abela u talbitu u qaltlu li hija trid tkun il-president tar-Repubblika. Infatti, bħalissa, in-nies tagħha qed joqgħodu l-bogħod minn kontroversji u ma ħadux sehem fil-protesta favur l-abort organiżżata minn Cyrus Engerer fi Brussell. Dan sar biex ma tkunx ikkreata xi animożita’ lejha minħabba s-support tagħhom favur l-abort. Fuq kollox, persuni bħal Silvan Agius illum jagħmlu użu minn legal firm marbuta mal-partit Nazzjonalista. Dan sar apposta biex jagħmlu kemm jista’ jkun lil Helena Dalli aċċettabbli għall-PN.

Min-naħa tal-PN qed tkun abbandunata l-kandidatura ta’ Lawrence Gonzí u dik ta’ Louis Galea. Dawn jidher li mhux ser jinżlu tajjeb mal-Laburisti u b’hekk Robert Abela ser ikollu diffikulta’ kbira biex jaċċettahom. Minflok, l-istrateġija tal-PN bħalissa qed timbotta l-kandidatura tal-eks-Kummissarju Nazzjonalista Joe Borg. Wara din l-istrateġija hemm nies qrib ir-Repubblichini. Infatti dawn qed jgħidu li l-PN għandu jippreżenta xi ħadd marbut mal-Ewropa. B’hekk issemmgħu Joe Borg u anki Tonio Borg. Imma l-istrateġisti jaħsbu li b’Tonio Borg ma jaslux minħabba li dan ma jkunx aċċettabbli għal-Lejber għaliex hu mitqies Kattoliku ferventi. Il-kelma li r-Repubblichini jużaw biex jiddiskrivu dawn it-tip ta’ Kattoliċi hija dik ta’ Transmontanista. U kif darba kien kiteb Manuel Delia, it-Transmontalisti ma għadx hemm posthom fil-PN u fit-tmexxija tal-istat Malti. B’hekk fuq dan il-punt hemm qbil bejn il-PN u l-PL.

Infatti, Manuel Delia ġa għamel vlog u tkellem dwar l-għażla ta’ president. Dan il-vlog sar minħabba li għaddejjin dawn it-trattativi sigrieti bejn iż-żewġ partiti. L-eks-Kummissarju Borg hu mitqies liberali, favur dawk li jissejħu d-drittijiet ċivili u mhux kontra l-abort. B’hekk jinżel tajjeb mar-Repubblichini.

Fuq kollox, l-eks-Kummissarju Borg żamm profil baxx, anki jekk hu qrib ir-Repubblichini. B’hekk il-PN jaħseb li l-Lejber jkun aktar disponibbli li jaċċetta l-kandidatura tiegħu. Jekk jintgħażel, il-PN ikun qiegħed kandidat tiegħu. Fl-istess waqt Borg jidħol fil-profil li tkellem dwaru Manuel Delia fil-vlog tiegħu dwar l-għażla ta’ president. Imma biex dan isir, il-PL irid jara li jieħu xi ħaġa lura f’għażliet oħra li jitolbu ż-żewġ terzi.

Min-naħa l-oħra, l-ass baqa’ f’idejn il-Prim Ministru għas-sempliċi raġuni li meta r-Repubblichini għamlu t-trattativi mal-Venice Commission ħalli tkun infurzata din il-klawsola ta’ żewġ terzi fl-għażla tal-president, ma ndunawx li jekk il-partiti ma jaslux għal ftehim, il-mekkaniżmu konstituzzjonali huwa li l-ispeaker jinħatar aġent president. Ir-Repubblichini ħasbu li jibqa’ George Vella. Dan nafuh minn kliem Manuel Delia nnifsu f’dan il-famuż vlog.

Meta jiskadi t-terminu ta’ Vella, Vella jispiċċa minn president u miegħu jispiċċa l-aġent president. Dawn jaqgħu awtomatikament. Jekk il-parlament ma japprova lil ħadd jew ma jġeddidilhomx, awtomatikament l-ispeaker jieħu l-funzjoni ta’ aġent president bħal ma ġa ġara, kif spjegajt ilbieraħ, meta leħaq Pawlu Xuereb.

Dak li hu żgur, li r-Repubblichini ma jaħmlux lil Anglu Farrugia jew kif isejħulu s-Sur Anġ! B’Anglu Farrugia, il-Prim Ministru għandu l-asso in manico. Imma jrid ikun jaf jużah tajjeb!

Dan kien dettal li meta l-korrotti tal-Kummissjoni Venezja ġġakbinaw mar-Repubblichini biex ikissru l-istat Malti, ħadd ma qallhom b’dan il-mekkaniżmu li kien daħħal Mintoff fil-kostituzzjoni Repubblikana ta’ pajjiżna għaliex ibqgħu żguri li l-istrateġija kienet tkun mod ieħor! Għal darba oħra, min xarrbu ser ikun qed jieklu l-bakkaljaw.

L-eks-Kummissarju Ewropej Joe Borg li l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi biex ikun il-President il-Ġdid tar-Repubblika ta’ Malta.

7 thoughts on “Il-PN iridu lill-eks-Kummissarju Joe Borg bħala president u jwarrbu l-kandidatura ta’ Tonio Borg għaliex Kattoliku ferventi

  1. Min hu close ma ta Repubblika m’għandniex x’nambuh!!! Dawn tiga close mal-Kurja u l-Isqof. Ikollhom il-president minn taghhom jonqos.
    Attent Robert!!!

  2. Hear, hear Raymond. Ma rriduhx ghax ma rridux kelb bil-kullar m’ghonqu u cinga f’id min li kien ghalih kull min ghandu kariga gholja fil-pajjiz u ghandu riha ta’ Laburista ghandu jirrizenja.

  3. Min jixtieq idahhal id-dritt inċivili tal-abort ma jistghax jaffordja li jkollna president iehor bhal George Vella.

  4. Nista’ nghid bic-car illi l-ex kummissarju Dr Joe Borg huwa persuna ta’ integrita’ kbira, u m’ghandux jitqies bhala marbut b’xi mod mal-moviment Repubblika. Jiena konvint illi tkun rebha ghal pajjizna jekk il-partiti jaqblu illi jahtru lilu bhala Prezident. Pajjizna ghandu bzonn fejqan minn tant divizjoni u partiggjanizmu, u din il-mossa tkun wahda tajba hafna fl-opinjoni tieghi.
    Indipendentement mill-opinjoni tal-Venice Commission, fit-tezi tieghi tad-dottorat tal-ligi fuq il-poteri tal-prezident, jien kont ressaqt l-argument tal-importanza illi l-prezident Malti jkun mahtur biz- 2/3 tal-parlament sabiex ikollu hafna iktar prestigu u fiducja pubblika li jisthoqlu kap tal-istat. Ghadni nahsibha bl-istess mod.

  5. Il-PN irid lil Joe Borg President. Dik arroganza ! Jopponu lil min mhux nazzjonalist u jipproponu nazzjonalist. Mela n-nies ghandhom memorja qasira tahseb Ragonesi? President li ma kienx
    attiv fil-politika Sir Anthony Mamo ghamiltulu hajtu nfern. Sahansitra bzaqtulu. Int taf jew ma tafx bl-oxxenita’ ta’ dak il- Prim Ministru nazzjonalist li pogga lilu nnifsu President? Sewwa mela taghmlu l-vetoes fuq certi individwi u tippretendu li naqblu fuq min tipproponu intom.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading