Il-PN iridu lill-eks-Kummissarju Joe Borg bħala president u jwarrbu l-kandidatura ta’ Tonio Borg għaliex Kattoliku ferventi
Dan is-sit jista’ jiżvela li għaddejjin trattativi bejn il-PL u l-PN dwar min ser jinħatar president ġdid tar-Repubblika. Illum biex persuna tilħaq president, trid l-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tal-kamra. Dak żgur li ser jagħmlu hu li l-persuna li ser tkun appuntata president ser tkun waħda liberali.
Dan is-sit ġa żvela li Helena Dalli trid din il-kariga. Dan is-sit jista’ jkompli jiżvela li kienet Helena Dalli stess li marret fuq il-Prim Ministru Robert Abela u talbitu u qaltlu li hija trid tkun il-president tar-Repubblika. Infatti, bħalissa, in-nies tagħha qed joqgħodu l-bogħod minn kontroversji u ma ħadux sehem fil-protesta favur l-abort organiżżata minn Cyrus Engerer fi Brussell. Dan sar biex ma tkunx ikkreata xi animożita’ lejha minħabba s-support tagħhom favur l-abort. Fuq kollox, persuni bħal Silvan Agius illum jagħmlu użu minn legal firm marbuta mal-partit Nazzjonalista. Dan sar apposta biex jagħmlu kemm jista’ jkun lil Helena Dalli aċċettabbli għall-PN.
Min-naħa tal-PN qed tkun abbandunata l-kandidatura ta’ Lawrence Gonzí u dik ta’ Louis Galea. Dawn jidher li mhux ser jinżlu tajjeb mal-Laburisti u b’hekk Robert Abela ser ikollu diffikulta’ kbira biex jaċċettahom. Minflok, l-istrateġija tal-PN bħalissa qed timbotta l-kandidatura tal-eks-Kummissarju Nazzjonalista Joe Borg. Wara din l-istrateġija hemm nies qrib ir-Repubblichini. Infatti dawn qed jgħidu li l-PN għandu jippreżenta xi ħadd marbut mal-Ewropa. B’hekk issemmgħu Joe Borg u anki Tonio Borg. Imma l-istrateġisti jaħsbu li b’Tonio Borg ma jaslux minħabba li dan ma jkunx aċċettabbli għal-Lejber għaliex hu mitqies Kattoliku ferventi. Il-kelma li r-Repubblichini jużaw biex jiddiskrivu dawn it-tip ta’ Kattoliċi hija dik ta’ Transmontanista. U kif darba kien kiteb Manuel Delia, it-Transmontalisti ma għadx hemm posthom fil-PN u fit-tmexxija tal-istat Malti. B’hekk fuq dan il-punt hemm qbil bejn il-PN u l-PL.
Infatti, Manuel Delia ġa għamel vlog u tkellem dwar l-għażla ta’ president. Dan il-vlog sar minħabba li għaddejjin dawn it-trattativi sigrieti bejn iż-żewġ partiti. L-eks-Kummissarju Borg hu mitqies liberali, favur dawk li jissejħu d-drittijiet ċivili u mhux kontra l-abort. B’hekk jinżel tajjeb mar-Repubblichini.
Fuq kollox, l-eks-Kummissarju Borg żamm profil baxx, anki jekk hu qrib ir-Repubblichini. B’hekk il-PN jaħseb li l-Lejber jkun aktar disponibbli li jaċċetta l-kandidatura tiegħu. Jekk jintgħażel, il-PN ikun qiegħed kandidat tiegħu. Fl-istess waqt Borg jidħol fil-profil li tkellem dwaru Manuel Delia fil-vlog tiegħu dwar l-għażla ta’ president. Imma biex dan isir, il-PL irid jara li jieħu xi ħaġa lura f’għażliet oħra li jitolbu ż-żewġ terzi.
Min-naħa l-oħra, l-ass baqa’ f’idejn il-Prim Ministru għas-sempliċi raġuni li meta r-Repubblichini għamlu t-trattativi mal-Venice Commission ħalli tkun infurzata din il-klawsola ta’ żewġ terzi fl-għażla tal-president, ma ndunawx li jekk il-partiti ma jaslux għal ftehim, il-mekkaniżmu konstituzzjonali huwa li l-ispeaker jinħatar aġent president. Ir-Repubblichini ħasbu li jibqa’ George Vella. Dan nafuh minn kliem Manuel Delia nnifsu f’dan il-famuż vlog.
Meta jiskadi t-terminu ta’ Vella, Vella jispiċċa minn president u miegħu jispiċċa l-aġent president. Dawn jaqgħu awtomatikament. Jekk il-parlament ma japprova lil ħadd jew ma jġeddidilhomx, awtomatikament l-ispeaker jieħu l-funzjoni ta’ aġent president bħal ma ġa ġara, kif spjegajt ilbieraħ, meta leħaq Pawlu Xuereb.
Dak li hu żgur, li r-Repubblichini ma jaħmlux lil Anglu Farrugia jew kif isejħulu s-Sur Anġ! B’Anglu Farrugia, il-Prim Ministru għandu l-asso in manico. Imma jrid ikun jaf jużah tajjeb!
Dan kien dettal li meta l-korrotti tal-Kummissjoni Venezja ġġakbinaw mar-Repubblichini biex ikissru l-istat Malti, ħadd ma qallhom b’dan il-mekkaniżmu li kien daħħal Mintoff fil-kostituzzjoni Repubblikana ta’ pajjiżna għaliex ibqgħu żguri li l-istrateġija kienet tkun mod ieħor! Għal darba oħra, min xarrbu ser ikun qed jieklu l-bakkaljaw.

L-eks-Kummissarju Ewropej Joe Borg li l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi biex ikun il-President il-Ġdid tar-Repubblika ta’ Malta.

Min hu close ma ta Repubblika m’għandniex x’nambuh!!! Dawn tiga close mal-Kurja u l-Isqof. Ikollhom il-president minn taghhom jonqos.
Attent Robert!!!
jidirli li l’Primistru kien qal li l’President ma jridtx jkun politikant. stand to be corrected
Hear, hear Raymond. Ma rriduhx ghax ma rridux kelb bil-kullar m’ghonqu u cinga f’id min li kien ghalih kull min ghandu kariga gholja fil-pajjiz u ghandu riha ta’ Laburista ghandu jirrizenja.
Min jixtieq idahhal id-dritt inċivili tal-abort ma jistghax jaffordja li jkollna president iehor bhal George Vella.
Nista’ nghid bic-car illi l-ex kummissarju Dr Joe Borg huwa persuna ta’ integrita’ kbira, u m’ghandux jitqies bhala marbut b’xi mod mal-moviment Repubblika. Jiena konvint illi tkun rebha ghal pajjizna jekk il-partiti jaqblu illi jahtru lilu bhala Prezident. Pajjizna ghandu bzonn fejqan minn tant divizjoni u partiggjanizmu, u din il-mossa tkun wahda tajba hafna fl-opinjoni tieghi.
Indipendentement mill-opinjoni tal-Venice Commission, fit-tezi tieghi tad-dottorat tal-ligi fuq il-poteri tal-prezident, jien kont ressaqt l-argument tal-importanza illi l-prezident Malti jkun mahtur biz- 2/3 tal-parlament sabiex ikollu hafna iktar prestigu u fiducja pubblika li jisthoqlu kap tal-istat. Ghadni nahsibha bl-istess mod.
Il-PN irid lil Joe Borg President. Dik arroganza ! Jopponu lil min mhux nazzjonalist u jipproponu nazzjonalist. Mela n-nies ghandhom memorja qasira tahseb Ragonesi? President li ma kienx
attiv fil-politika Sir Anthony Mamo ghamiltulu hajtu nfern. Sahansitra bzaqtulu. Int taf jew ma tafx bl-oxxenita’ ta’ dak il- Prim Ministru nazzjonalist li pogga lilu nnifsu President? Sewwa mela taghmlu l-vetoes fuq certi individwi u tippretendu li naqblu fuq min tipproponu intom.