Manuel Delia jinjora l-kontribut ta’ Franco Debono waqt li ma jindunax li jekk il-partiti ma jiftehmux fuq l-għażla tal-President, l-ispeaker isir awtomatikament l-aġent president
Manuel Delia tella’ vlog. Fil-vlog tiegħu Manuel Delia jgħid li grazzi għar-Repubblichini li l-gvern kellu jbiddel kif jinħatru l-imħallfin u jgħid li kellha tkun il-Kummissjoni Venezja li ġiegħlet lil Gvern biex idaħħal iż-żewġ terzi fl-għażla tal-President.
Ara trid tkun veru poxt u kif jgħid il-Malti: il-qaħba milli jkollha ttik. Jew inkella wiċċu u sormu xorta. Għala qed ngħid dan? F’dan il-vlog, Manuel Delia ma jgħid imkien li din kienet proposta li kien għamel Franco Debono u li l-Partit Nazzjonalista taħt Adrian Delia ressaqha biex tiġi introdotta.

Fuq kollox, f’dan il-vlog, Delia jgħid li jekk iż-żewġ partiti ma jiftehmux, George Vella jibqa’ l-president. Le għandu żball. Il-kostituzzjoni hija ċara. Meta jiskadilu t-terminu, il-president jispiċċa u ma jiġix imġedded b’mod awtomatiku. Jekk Malta tiġi bla president, huwa l-ispeaker li awtomatikament isir aġent president. Infakkar lil Manuel Delia li ġa kellna din il-ħaġa meta Pawlu Xuereb kien leħaq Aġent-President tar-Repubblika wara li kienet spiċċat Agatha Barbara u ma kienx hemm ftehim – anki jekk Mintoff ried jasal għal ftehim u b’hekk ma kienx apponta president u mar għall-mekaniżmu kostituzzjonali li jqiegħed lill-ispeaker bħala aġent president.

Illum hu ċar li l-akbar ostaklu għall-Partit Nazzjonalista huma l-klikka ta’ Manuel Delia li jridu jnessu l-akkwisti kbar li għamel il-Partit Nazzjonalista taħt Adrian Delia u l-kontribuzzjonijiet li għamel għal tibdil kostituzzjonali Franco Debono.
Jidher ċar li r-Repubblichini huma fi gwerra ddikjarata kontra Franco Debono.

Joseph Muscat puts it succinctly….as long as this cabal keeps holding the PN by its balls, PN remains unelectable.
Not in so many words, but that was the message. Ive been saying this for long time….and the more time passes the more i am convinced that the elitist repubblichini and their ilk are ironically keeping pn out of office.
Profs. Ara jirnexilekx taqbdu qiejd jinza jew jilbes il-qalzit ta taht, hares sew lejn sormu u tkun cert li memx diferenza min wiccu.
Izjed int profs taghti kasu …. Dan in nobody li falla f’kull ma ghamel , issa halef li jeqred lill PN
Nies bħal Manwel Dħaelia u Robert Aquilina huma l-garanzija li l-PN ser jibqa’ fl-oppożizzjoni bħal bosta snin oħra. Nies li ma jgawdu l-ebda appoġġ ta’ ħadd ħlief ta’ xi erba’ estremisti u jippretendu li jridu jiddettaw!! Nies li qatt taw l-ebda kontribut lejn it-tisħiġ ta’ dan il-pajjiż. Naħqa ta’ ħmar!!