Jista’ l-OPM jgħid jekk hux veru li Joseph Vella jmexxi l-istruzzjonijiet tal-OPM fil-Ministeri tal-Gvern u għala l-avukat Gabriel Farrugia qed ikun ta’ spiss Kastilja?

Gabriel Farrugia hu avukat impjegat ma’ Famalco imma dan is-sit jinsab infurmat li qiegħed ikun frekwentament f’meetings f’Kastilja flimkien ma’ dak li fil-Partit Laburista qed jissejjaħ bħala il-“prestanome” tal-Prim Ministru, jiġifieri l-avukat Ryan Pace. Fi kliem ieħor, illum Ryan Pace qed jagħmel ix-xogħol li meta l-PN kien fil-gvern kien jagħmlu Richard Cachia Caruana. Jidher hu għall-Prim Ministru mal-Ministri tal-Gvern. Fi kliem ieħor meta l-Ministri tal-gvern jirċievu xi ordni minn għandu, jafu li din tkun ġejja mingħand il-Prim Ministru.

Imma hawn wieħed jistaqsi x’ikun qed jagħmel l-avukat Gabriel Farrugia fl-OPM? Huwa veru li hu ħabib intimu tal-Avukat Ryan Pace, l-istess avukat li jmexxi l-uffiċċju legali tal-Prim Ministru Robert Abela? L-avukat Gabriel Farrugia ma’ min hu mpjegat? Ma’ kumpanija privata b’interessi kbar? Ma’ Robert Abela? Jew mal-OPM?

Infakkar li Dr Gabriel Farrugia kien wieħed minn dawk li ħadem fuq numru ta’ drafts ta’ liġijiet, inkluż fuq il-liġi tal-kannabis li llum qed tkun rikonoxxuta bħala li kienet falliment totali. Dan hu dak li wieħed isib fuq Dr. Gabriel Farrugia fuq l-internet inkonnessjoni mal-liġi tal-Kannabis.

Dr Gabriel Farrugia is a lawyer whose main areas of current practice are civil, public procurement and commercial law. In the past years he has worked on the drafting of a number of laws and thus, will be sharing his expertise with the Authority on the Responsible Use of Cannabis.”

Imbagħad hemm is-Sur Joseph Vella. Vella llum qed jitqies fiċ-ċrieki Laburisti bħala l-persuna tal-Prim Ministru fil-Ministeru tal-Intern. Vella hu mpjegat bħala ċ-chief of staff tal-Ministru Byron Camilleri. Imma dan is-sit jinsab infurmat li Vella jkun anki preżenti għal-laqgħat mal-Ministru Jonathan Attard sabiex jwassal l-istruzzjonijiet tal-OPM. Mela dak li darba d-deputat Prim Ministru Laburista, Ġuże’ Cassar kien jemmen fih jiġifieri li l-Ministeru tal-Ġustizzja jkun għassies fuq dak tal-intern u viċi-versa ma għadux jeżisti għaliex qed jitmexxa kollox minn Kastilja.

L-avukat Ryan Pace

One thought on “Jista’ l-OPM jgħid jekk hux veru li Joseph Vella jmexxi l-istruzzjonijiet tal-OPM fil-Ministeri tal-Gvern u għala l-avukat Gabriel Farrugia qed ikun ta’ spiss Kastilja?

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading