Ammissjoni li l-użu tad-droga żdied f’pajjiżna u din qed ikollha konsegwenzi mentali kbar

Minn Edwin Vassallo

Min kien jitkellem kontra l-liberalizzazzjoni tal-kannabis kien jiġi mgħajjar li mhux progessiv. Anzi kien jiġi mpenġi bħala dinosawru. Illum qed joħroġ li min tkellem b’onesta’ dwar dak li kien qed ikun propost ma kienx “naive” imma kien qed qed jgħid il-verita’. Imma min qal is-sewwa ġie msawwat u emarġinat mill-media u l-ġurnalisti li jriduha tal-qassisin il-ġodda tal-onesta’.

Issa għandna l-istqarrija jew ammissjoni minn Mariella Dimech li l-użu tad-droga żdied f’pajjiżna u dak li sar, meta ġiet legaliżżata l-ħaxixa, ma kienx fid-direzzjoni t-tajba. Mela issa ma għadniex ferħanin kemm sirna progressivi. Issa qed ninduna li dan mhux progress imma rigress.

Tajjeb li nkunu liberali fil-ħajja u fil-politika. L-għażliet dejjem jistgħu jsiru, iżda jien nemmen li wieħed irid jikkonsidra l-konsegwenzi ta’ kull deċiżjoni u għażla li jieħu. Dan mhux kliemi imma kliem Mariella Dimech. Il- konsegwenzi li kienet qed titkellem dwarhom is-Sinjura Mariella Dimech kienu dwak dwar l-effett tal- liberalizzazzjoni tal-ħaxixa. Illum din l-istess persuna qed turi t-tħassib tagħha jew aħjar l-inkwiet tagħha dwar din il-liberalizzazzjoni.

Illum din l-istess persuna esperta fuq l-effetti fil-qasam tad-droga qed taqsam l-inkwiet tagħha fir-rigward ta’ kemm kiber il-konsum tad-droga f’Malta. Lil Dimech, dan il-fatt iġibilha dwejjaq kbar. Il-konsum tad-droga qed ikollu effett fuq is-saħħa mentali u s-solitudni.

Illum il-politika tal-establishment hija waħda liberali u bħal kull deċiżjoni hemm l-effett u l-konsegwenzi li pajjiż ikollu jġorr.

Huwa dan l-argument tiegħi, għaliex l-għażliet tiegħi qatt ma kienu liberali. L-għażliet tiegħi lanqas irrid ngħid li huma ta’ konservattiv għaliex ħafna drabi dan il-kliem iħawwad id-dinja. Dak li jimpurtani jien huwa dwar l-għażliet tiegħi. Dwar kemm aħna ser inkunu responsabbili għall-għażliet tagħna.

Aktar milli fil-kelma liberali jew konservattiv, jien nemmen li jridu nibdew inkunu risponsabbli għall-konsegwenzi tal- għażliet li nagħmlu. Irridu nagħmlu għażliet, iżda rridu nkunu responsabbli għall-impatt tad-deċiżjonijiet tagħna. Li nirbħu fil-politika hija għażla, iżda li nkunu responsabbli tad-deċiżjonijiet li nieħdu għan-nies hija responsabbilita’ akbar.

Għalhekk huwa meħtieġ u mportanti li naħsbu dwar x’impatt u x’konsegwenzi ser jġorru kull deċiżjoni li jittieħdu fuq in-nies. Dan irid isir qabel u mhux wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni.

F’kull għażla, irridu naraw li jimpurtana min-nies u mhux kif ser nirbħu xi voti għaliex għandha ġurnalisti li jieħdu l-ħaxixa u b’hekk iridu l-liberalizzazzjoni ħalli ħadd ma jkun jista’ jgħid xejn fuqhom. Anzi, jkollhom xi interess li jidħlu f’dan in-negozju. Dan mhux ġurnalisti. Dan hu biss qerq. U meta kellna din il-propaganda kollha fil-media favur il-liberalizzazzjoni tal-ħaxixa, in-nies ġew imqarqa. Ħlief dan is-sit, ħadd ma tkellem dwar kif ċertu ġurnalisti kellhom interessi ulterjuri fil-liberalizzazzjoni tal-ħaxixa.

Għalhekk nemmen li l-liberaliżmu huwa loġika ta’ qerq u ingann li jaħseb biss kif min jieħu d-deċiżjoni ser jirbaħ hu personalment u mhux kemm u kif ser jintalqtu n-nies.
Jien nippreferi naħseb dwar x’ser ikun l-impatt u l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet tiegħu fuq in-nies qabel ma nieħu d-deċiżjoni nnifisha.

Nies bħal Mariella Dimech jagħmlu tajjeb li jitkellmu u jgħidu x’inhi l-verita’ dwar kemm hija kbira t-tbatija tad-droga f’dan il-pajjiż.

3 thoughts on “Ammissjoni li l-użu tad-droga żdied f’pajjiżna u din qed ikollha konsegwenzi mentali kbar

  1. Il-pjaga tad-droga f’pajjiżna ilha għal bosta diċenji. Niftakar li Dun Victor Grech jgħid fuq il-mezzi tax-xandir kemm hi kbira l-problema tad-droga f’pajjiżna. Għamilna żmien fejn seħħew delitti f’pajjiżna li kien hemm xamma kbira ta’ gwerra bejn gangs differenti li jikkontrollaw is-suq tad-droga. Jidher li l-abbuż huwa wieħed kbir u l-eta’ ta’ dawk li jabbużaw dejjem nieżla l-isfel. Jidher ukoll li numru sostanzjali ta’ reati f’pajjiżna huma wkoll relatati ma’ l-abbuż tad-droga. L-ironija hi li pajjiż żgħir bħal tagħna, imdawwar bil-baħar, jibqa’ misteru kif qed tasal hawn din id-droga kollha! Min huma n-nies involuti fl-importazzjoni tagħha? Jista’ jkun li xi wħud huma propetti? Meta verament ser naqbdu l-barri minn qrunu u nsalvaw ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ żgħażagħ??

  2. Every country in Europe lost the war against Drugs. Only in China and Dubai people are afraid because dead penalty if you are caught.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading