Where your opinion counts

Manuel Delia jaħra barra l-vaż u l-PEN tibqa’ b’ħalqha magħluq

Minn osservatur politiku

Min tinteressah il-politika bilfors iħares lejn dak li jinkiteb minn suppost ġurnalist bħal Manuel Delia li jridha tal-holier than thou. Imma din il-ġimgħa spiċċa kif ngħidu bil-Malti biex ħara barra l-vaż. Imma dak li jinkwetak li sħabu tal-PEN baqgħu b’ħalqhom magħluq. Kont nistenna reazzjoni jew kundanna minn idk l-għaqda fun dak li kiteb Manuel Delia fil-konfront ta’ Franco Debono.

Qed ngħid dan għaliex nies bħal Manuel Delia ma jsibu l-ebda diffikulta li jattakkaw lil min ġej mill-istess familja politika tagħhom. Dawn ma jsibu l-ebda diffikulta li joħorġu xi stqarrija permezz tal-PEN biex jattakkaw lin-nies u jitolbu t-tkeċċija ta’ xi ħadd fuq dak li jikteb jew jgħid. Ara issa, kollha b’ħalqhom magħluq meta l-viċi-president tagħhom iqabbel persuna ma’ kanċer.

Ilna naqraw kemm qed issir ħsara lill-Partit Nazzjonalista minn suppost nies li jxaqilbu lejn dan il-partit fit-twemmin tiegħu. Qed nirreferi lejn il-ħsara li għamlu, u ilhom jagħmlu u ser jibqgħu jagħmlu lill-Partit Nazzjonalista r-Repubblichini. Qisu xi kultant joħroġ xi ħadd minnhom li biex mingħalih jidher ħelu, jattakka mingħajr ebda limitu lin-Nazzjonalisti stess. Aħseb u ara kemm mibgħeda f’qalbhom lejn kull min ikun ġej mill-kamp oppost.

Rajna dan l-aħħar ġranet il-kliem moqżież li kiteb kapurjun tar- Repubblichini, Manuel Delia. Tkun qed tistenna li tinkiteb kritika lil min ma jaqbilx miegħek imma ħadd ma jkun qed jistenna li xi ħadd jinżel fil-livell li waqa’ fih Manuel Delia u mbierek Alla, tal-PEN jibqgħu b’ħalqhom magħluq. Ċertu kliem ikun sewwa li tibqa’ l-bogħod minnu aħseb u ara tqabblu ma’ persuna umana li suppost huwa dmirek li tixtieq ħafna aħjar lill-umanita’.

Meta xi ħadd jaqra t-tixbiha li uża dan Manuel Delia joħroġ l-imgħoddi imbiegħed tiegħu. Huma dawn in-nies li rnexxilhom jinfiltraw f’dan il-partit grazzi għal Austin Gatt mingħajr qatt ma ssaffew mill-odju tal-klassi li xorbu fi tfulithom, illum huwa ta’ ħsara ideolika għall-Partit Nazzjonalista. Illum qed jispiċċaw iwaqqgħu f’dan il-livell baxx lill-Partit Nazzjonalista. Ikolli bil-fors ngħid li dan il-bniedem bla ruħ u ma għandu ebda limitu fid-dardir tiegħu, kif ma kellhomx limitu dawk, li mimlija bl-odju tal-klassi, fis-snin sebgħin u tmenin kienu jsawtuna bla rażan għaliex konna mmorru f’xi meeting tal-Partit Nazzjonalista!

Ħadd ma kien jimmaġina li bniedem jiġi mqabbel ma’ tumur, mard li kulħadd jitlob li l-Mulej ibiegħdna minnu. Dan ma ddejjaq xejn biex juża dan il-mard u qablu ma’ bniedem li kull ma għamel hu li jidher ċar li ma hemmx qbil bejniethom fuq livell politiku.

Kemm trid tkun baxx u ta’ immoralita’ assoluta biex tuża tixbiegħa bħal dik. Aktar baxxa hija l-għaqda PEN li l-anqas qalet kelma waħda ta’ kundanna dwar dan. Imma mbagħad dawn iridu joħorġu kundanni kontra ħaddieħor.

Kemm trid tkun ta’ stonku xieref biex tqabbel persuna ma’ l-agħar mard li wieħed jista’ jimmaġina. Kemm trid tkun iddisprat u tkun tlift kull argument ieħor biex tqabbel bniedem uman ma’ sitwazzjoni li tista’ tkun mwiegħra. Imma wara l-esperjenzi personali tiegħi ta’ dawk iż-żminijiet imbegħda, ma niskanta b’xejn minn persuni li tellgħu f’dik il-ġenerazzjoni u fil-kultura Soċjalista.

Manwel Delia waqa’ f’livell tant baxx li huwa insult għal kull min jaqra l-kitba tiegħu. Hu, sa ċertu pont, għandu d-dritt jikteb li jrid imma min jaqra’ l-kitba tiegħu jkun qed jagħtih l-għardir li jkompli jikteb b’dak l-istil ta’ kitba. Manwel Delia għandu kemm ilsienu kif ukoll kitbietu li spiss jaqgħu f’livelli ddisprati u dwar dan kollu l-PEN qatt ma qalet kelma, anzi għamlitu l-Viċi-President tagħha.

Kull ġurnalist għandu l-liberta’ tal-espressjoni favur tiegħu imma kull ġurnalist għandu jkun konxju li ċertu kliem, ċertu paraguni jagħmlu minnu persuna miżera u bla kuxjenza ta’ xejn. Għalhekk, niskanta kif il-PEN li tagħha Manuel Delia huwa l-viċi-president baqgħet b’ħalqha magħluq. Jew forsi lil min tafu tistaqsix għalih.

4 thoughts on “Manuel Delia jaħra barra l-vaż u l-PEN tibqa’ b’ħalqha magħluq

  1. Oservatur politicu nazzjonalit ipatentjat min dawk li jgharex lil-emm mill partit fsiti ohrajn beix minghalihom jinflittraw kull fejn jistaw baxx baxx, DAN IL BORZA ZIBEL u wiehed minkhom u tridu tametuwa, DAN IL BORZA ZIBEL MIN TGHAKHOM mux biss HARA BARRA L’VASS IMMA KIF INHU IMDORRI WARA LI LESTA MESAH B’GEBLA. dak hu il-livel ta nies li ghankhom u li meta u fejn jaqblilkhom tisaportjaw. QATTA NIES FOLOZ SAHTA TA-PAJJISKHOM.

  2. Xijentifijament il-kelma ‘Tumur’ hija generika u allavolja ghandha konnotazzjoni lajka pjuttost harxa mhux fil-fatt bilfors Medikament serja u ghalhekk necessarjament /umanament kiefra.

    1. Il-layman mhux hekk jifimha Dr Farrugia. Toqghodx tipprova tiskuza lil daz-ziblu. Pero’ grazzi tal-hsara li hu u l-klikka tieghu jaghmlu lill-pn.

  3. Jew jahra barra l-vaz jew tahtu. Kemm ippoppa zaqqu meta gab il-bendy buses. Kemm dahqu l-Inglizi. Tghid veru li il-bendy haxxnu l-bwiet u l-kontijiet bankarji ta’ xi whud?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *