Manuel Delia jgħid li Lara Comi mhix ħabiba tiegħu u l-anqas tar-Repubblichini.

Irċevejt dan id-dritt ta’ risposta mingħand Manuel Delia. U talabni biex nippubblikah skont artiklu 15 tal-Kap. 579 tal-Liġijiet tal-Malta. F’din l-ittra tiegħu, Manuel Delia jgħid li Lara Comi ma hix ħabiba tiegħu u l-anqas ta’ sħabu r-Repubblichini. Hawn nistaqsi mela min ġabha lejn Malta lil Lara Comi meta kienet MEP? Dan hu dak li kiteb Manuel Delia.

Il-post tiegħek bit-titlu “Il-ħabiba ta’ David Casa, Manuel Delia u r-Repubblichini kkundanata 4 snin u xahrejn ħabs fuq korruzzjoni” jirreferi għal ċertu Lara Comi.

Lara Comi m’hix ħabiba tiegħi. Ma nafhiex. Ma nafx min hi. Qatt ma ltqajt magħha u qatt ma kkomunikajt magħha.

Ma naf ‘il ħadd personalment li ntbagħat il-ħabs fuq korruzzjoni. Ħadd li ngħodd bħala ħabib tiegħi jew konoxxenza tiegħi ma ntbagħat il-ħabs fuq korruzzjoni.

Il-post tiegħek fejn għandu x’jaqsam miegħi hu invenzjoni totali.

Nista’ ngħid l-istess għal Repubblika. Ħadd mill-kollegi tiegħi ma qatt kien jaf aħseb u ara kemm kien ħbieb ma’ Lara Comi.”

Kemm infakkru lil Manuel Delia x’kien qalet Daphne Caruana Galizia fuq Lara Comi! Wieħed ma jridx jinsa li Manuel Delia kiteb kemm-il darba li Daphne Caruana Galizia hija idolu tiegħu.

U jekk forsi nesa, hawn ser infakkru wkoll x’qalet Comi fil-Parlament Ewropew f’dibattitu dwar ir-rule of law f’Malta. F’dan id-dibattitu, Comi tkellmet fuq l-istess linja ta’ David Casa, Roberta Metsola u Steve Geigold. Nispera li mhux ser jgħidli li Metsola, Casa u Geigold mhux ħbieb tiegħu u kien biss b’kumbinazzjoni li Comi tkellmet kontra Malta!

L-intevent ta’ Lara Comi fil-Parlament Ewropew kontra Malta. Titkellem fuq l-istess linja ta’ Steve Geigold, David Casa u Roberta Metsola.

Nagħlaq b’ittra li ġiet istigata kontra Malta minn PEN International u fiha hemm il-firem fost l-oħrajn ta’ David Casa u Lara Comi. Issa nħalli lill-qarrej biex jiġġudika min qed jgħid il-verita’ u min qiegħed jigdeb.

5 thoughts on “Manuel Delia jgħid li Lara Comi mhix ħabiba tiegħu u l-anqas tar-Repubblichini.

  1. RIGHT OF REPLY tippubblikaha minghajr ma ddahhal l-opinjoni tieghek suppost, imma ninsa li inti tifhem hafna!

  2. J,C ghidilna xi kwalifiki ghandek. F hiex iggradwajt? Imbaghad naghmlu gudizzju ahna . Int u Dr Mercieca fil- mizien.

  3. Faxxizmu stil Benito. Xi jridu? Isoddulu halqu. Dawn li huma favur l espressjoni libera. Ghad irridu naraw X se johrog fil kawza Dr Muscat vs Sahhara tal Bidnija sive Bicca Blogger.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading