Xi darba jeħtieġ li jibda jimpurtana wkoll min-nies.

Minn Edwin Vassallo

It-tbatija tan-nies teħtieġ li tkun f’moħħ min jieħu ddeċiżjonijiet. Ma jistax jkun li ċentru tas-saħħa jingħalaq minħabba li fuqu hemm bżonn li jsir xi xogħol u mbagħad dan ixxogħol jieħu aktar ħin milli jkun previst.

IlMalta Today tatna laħbar li ser ikun irrangat iċĊentru tasSaħħa ta’ Ħal Qormi. B’hekk dan iċ-Ċentru ser jingħalaq u nnies ser ikollhom jużaw ċentri oħra fost dawk ta’ Birkirkara. Sa hawn ma hemm xejn ħażin. Imma din hija aħbar tajba. Mela għala qed nikteb? Qiegħed nikteb biex ikun evitat li jerġa’ jiġri l-istess kif kien ġara meta sar xogħol fuq iċċentru tassaħħa f’Birkirkara. Ixxogħol fuq dan iċ-ċentru dam ma tlesta u tlesta ħafna wara ż-żmien stipulat. Dan wassal biex ġiet ikkreata tbatija żejda lil min kien juża dan iċċentru tassaħħa. Kienet esperjenza li għexuha min ġarrabha. Nies li kienu jinqdew minn Birkirkara kellhom jiġu lMosta jew imorru Mater Dei. Ġenituri ta’ tfal jiġru minn ċentru ta’ saħħa għall-ieħor.

Illum dawn iċĊentri tas-Saħħa qed jkollhom ħafna xogħol. Kważi aħjar jiżdiedu u mhux jonqsu jekk irridu naraw li nnaqqsu millpressjoni fuq Mater Dei. Għalhekk qed nikteb biex filkaż taċĊentru ta’ Ħal Qormi, ma tkunx ripetuta listess storja ta’ dewmien bħaċĊentru tasSaħħa ta’ Birkirkara. Fuq kollox, dan ilgvern għandu record li jdum ma jlesti lproġetti tiegħu. Dan issit kiteb kif proġetti ta’ housing soċjali, fosthom dawk fisSiġġiewi għadhom ma tlestux. Dan ixxogħol mhux xahar qiegħed lura, imma snin. Ma jistax jiġri l-istess fil-qasam tas-saħħa.

Mela lgvern għandu jara li min jieħu lkuntratt ikun kapaċi jispiċċa xxogħol fil-ħin stipulat. Jekk hemm bżonn, dawk li jieħdu l-kuntratti jibqgħu għaddejjin bixxogħol anki filweekends. Qiegħed nikteb hekk għaliex meta jiġi ppjanat ixxogħol, ftit huma dawk lawtoritajiet li jieħdu konsiderazzjoni u jaħsbu fil-ħtigijiet tannies, tal-ġenituri jew tal-anzjani. Dawn qed ikollhom jiġru minn ċentru għal ieħor biex jieħdu lkura li jkunu qed ifittxu. B’hekk, huwa mportanti li xxogħol iżomm maliskeda prevista. Ma nistgħux nibqgħu niġu naqgħu u nqumu mill-weġgħat u t-tbatija tan-nies.

Bil-kliem “għaliex x-xogħol irid isir” ma nistgħux nittraskuraw il-vittmi tad-deċiżjonijiet li jittieħdu. Donnu li dan il-gvern jimpurtah biss li jara x-xogħol isir. Din ma fiha xejn ħażin, imma daqstant ieħor għandu jara li xxogħol isir fil-ħin stipulat. Ma jistax ikun li filqasam tas-saħħa, u f’kull qasam ieħor, il-gvern ma jimpurtahx mill-impatt li x-xogħol iħalli fuq il-klijent jew il-persuna li tiddependi minn dan is-servizz.

Xi darba jeħtieġ li jibda jimpurtana wkoll min-nies.

2 thoughts on “Xi darba jeħtieġ li jibda jimpurtana wkoll min-nies.

  1. The people are increasingly coming last. We have lost focus about the true value of a democracy. The rich and powerful have forgetten who made them rich and powerful.

  2. Prosit Edwin. Tagħmel sewwa tfakkar, mhux biex tmaqdar (ala Varist) imma sabiex ma jerġgħux isiru żbalji.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading