Where your opinion counts

Il-bini fuq id-djar tas-Social Housing ġewwa s-Siġġiewi ilu sena wieqaf; persuni mċaħħda minn akkommodazzjoni diċenti.

Lanqas temmen. Dawn huma ritratti fuq il-bini ta’ blokka li ser isservi ta’ djar li gvern jagħti bħala social housing. Dawn id-djar jew flatts kienu ġew imwiegħda qabel l-elezzjoni li għaddiet u ppreżentati lin-nies bħala djar ta’ akkommodazzjoni soċjali. Saħansitra kien hemm min ġie mwiegħed xi wieħed minn dawn il-flattijiet. Issa, l-elezzjoni ilha kważi sena li għaddiet u lanqas 1c xogħol jidher li ma sar fuq din il-blokka ta’ bini tas-social housing ġewwa s-Siggiewi. Infakkar li l-gvern kien iffirma kuntratt ma’ numru ta’ persuni li ser jagħtihom wieħed minn dawn il-flats. Dawn il-kuntratti bejn l-inkwilini u l-gvern ġew iffirmati lejlet l-elezzjoni li għaddiet. Illum kważi sena wara, dawn il-persuni għadhom jistennew li jidħlu f’dawn il-flatts tal-gvern. Dan is-sit ġie avviċinat minn persuni li ġew mwegħda wieħed minn dawn il-flatts u saħansitra f’każijiet anki saru l-kuntratti magħhom. Dawn il-persuni qalu li dan is-sit li l-gvern litteralment tnejjek bihom. Verament għarukaża. Din hija arroganza grassa min-naħa tal-gvern. Hekk qed iħarsu lejha din l-istorja dawn in-nies li ġew migduma b’din il-wegħda.

2 thoughts on “Il-bini fuq id-djar tas-Social Housing ġewwa s-Siġġiewi ilu sena wieqaf; persuni mċaħħda minn akkommodazzjoni diċenti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *