Il-Ministru Roderick Galdes gideb u juża flus il-poplu biex joħroġ stqarrija falza: dan is-sit jerġa’ jingħata raġun li qal il-verita’.
Dan is-sit kien ħareġ bl-istorja li l-Awtorita’ tad-Djar, li taqa’ taħt Roderick Galdes, kienet tat xogħlijiet lil Matthew Schembri li huwa wieħed mill-persuni involut fil-bini li waqa’ ġewwa Kordin u qatel lil Jean Paul Sofia. Din l-istorja kien ħareġ biha dan is-sit fis-16 ta’ Lulju. Issa, The Malta Today, qed terġa’ tgħatihielna f’artiklu miktub minn Nicole Meilak. Fi kliem ieħor, il-Malta Today qed tikkonferma dak li nkiteb f’dan is-sit kważi xahar ilu li l-Awtorita’ tad-Djar tat xogħlijiet lil Matthew Schembri.
Infakkar li ftit tas-siegħat wara li dan is-sit ħareġ b’din l-istorja, nirċievi dritt ta’ risposta mill-ministeru ta’ Roderick Galdes fejn il-persuna risponsabbli mill-kommunikazzjoni għal Ministru Roderick Galdes ċaħdet li Matthew Schembri qatt ingħata xi kuntratti mill-Awtorita’ tad-Djar li taqa’ taħt il-Ministeru ta’ Roderick Galdes. Ċaħdet ukoll li Galdes u Schembri huma ħbieb. Ara llum jekk qattx tista’ tingħata xi xogħol jew kuntratti tal-gvern u ma tkunx ħabib ta’ xi ministru.
Issa ħareġ ċar li l-ministru ieħor tal-gvern gideb. Infakkar li d-dritt ta’ risposta huwa mogħti mil-liġi u jekk persuna ma tirrispettax din il-liġi, tista’ tispiċċa tittella’ l-qorti. Issa ħareġ ċar li ministru tal-gvern uża l-istess risorsi tal-gvern u ħaddiem imħallas mit-taxxi tal-poplu biex jippubblika stqarrija falza fejn ċaħad li l-Awtorita’ tad-Djar qatt tat xogħol lil Matthew Schembri. Issa ħareġ li din l-istorja ppubblikata f’dan is-sit hija minnha.
F’demokrazija normali, azzjoni bħal din twassal biex ministru tal-gvern jitlef postu. Fl-istat ta’ Malta, meta ministru jigdeb lill-media jingħata aktar promotions, għaliex kif qrajna dan l-aħħar, il-ministru Roderick Galdes ingħata anki r-risponsabbilita’ li jieħu ħsieb tal-kumpanija Malita, li qabel kienet taħt Clyde Caruana.
Illum mhux biss Clyde Caruana qed jigdeb, imma anki Roderick Galdes qed juża flus il-poplu biex jigdeb fuq in-nies.


Xuereb jew Schembri?
Grazzi. Schembri.
Jidher li ċertu ministri li ilu hemm mill-2013 għandhom jitneħħew b’mod immedjat u jiddaħħlu uċuħ ġodda! Jekk joħroġ li l-Ministru Galdes gideb għandu jiġi rraportat lill-Kummissarju tal-Istandards u jekk jinstab ħati mġiegħel jirreżenja mill-aktar fis. Infakkru li kellna ministru (Justyn Caruana) li ġiet imġegħla nirreżenja u akkużi fejn inqas peżanti u ma tħallietx tikkontesta l-elezzjoni ġenerali. What is good for the goose is good for the gander u f’dan il-każ jgħodd ukoll għal Roderick Galdes!!!
The Prime Minister should appoint a Minister of Lies whose job will be to vet other ministers’ public statements to ensure that they sound believable.