Il-Prim Ministru jiċħad li ġie fl-idejn mal-Ministru Clyde Caruana
Dan is-sit tella’ artiklu fejn intqal li waqt laqgħa tal-kabinett, il-Prim Ministru Robert Abela ġie fl-idejn mal-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana u wara din il-ġlieda, il-Prim Ministru neħħa l-Malita mir-risponsabbilita’ ta’ Clyde Caruana. Dan is-sit irċieva din ir-risposta mingħand kelliem għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fit-tweġiba tiegħu ntqal hekk:
“B’referenza għall-artiklu “Clyde Caruana ma għadux risponsabbli tal-Malita wara l-ġlieda bl-idejn mal-Prim Ministru waqt laqgħa tal-kabinett.” Tant hi invenzjoni redikola u tad-daħk li l-Gvern ma jħossx li għandu jwieġeb ghall-immaġinazzjoni fertili ta’ wħud. Madankollu, biex ma jkunx hemm dubju, il-Prim Ministru ma kellu ebda forma ta’ ġlied bl-idejn ma’ ħadd, aħseb u ara ma’ xi Ministru!“

Qieghed iberraq.
The issue turns on the definition of “forma ta’ ġlied bl-idejn” which is different than “forma ta’ glied.” If the government doesn’t feel like it should answer in some more detail, then we are left we with our own conclusions which may not be in line with what the office of the prime minister would like us to believe. What type of arguments were they? Is the finance minister still in charge of Malita?
The point to ponder here really is a question. This is “Should the Minister of Finance have been in charge of what is a social housing issue”?
Argumenti f’laqgħat ħa jkun hemm dejjem u kultant jafu jkunu jaħarqu, żgur li l-għajjat, id-dagħa u it-tisbit ma jonqsux. Imma li tgħid li n-naħat opposti, imma li jkun ta’ ċertu livell għoli edukat, se jiġu fl-idejn għax ma jaqblux hija gravi mhux ftit speċjalment tgħid li għamlu dan il-Prim Ministru ma Ministru tiegħu.