Il-poplu Malti qed jissussidja l-fuel tal-cabin cruisers u opri oħra tal-baħar u trakkijiet tal-kuntratturi.

Ftit jafu li l-poplu Malti llum qiegħed jissussidja l-fuel tal-cabincruisers u kull dgħajsa oħra li tintuża għall-skop ta’ leisure, fosthom jetski u speedboats. Dawn huwa fost dawk l-opri tal-baħar li l-aktar li jikkunsmaw fuel. Imma ikolli ngħid li statistika ftit li xejn hawn ta’ min qiegħed jisfrutta s-sussidju tal-fuel sabiex iħaxxen butu. Għaliex kieku toħroġ l-istatistika u min verament qed igawdi minn dan is-sussidju, jkun hawn irvell sħiħ.

Imbagħad hemm is-sussidju li jingħataw is-sajjieda. Fuq il-fuel, is-sajjieda jingħataw sussidju doppju. Minbarra dan, is-sajjieda huma eżentati mill-VAT u anki mis-sisa fuq il-fuel. Imma l-aktar li qed jibbenefikaw minn dan is-sussidju, ma humiex is-sajjieda Maltin imma dawk li ġejjin minn pajjiżi terzi. Hawn qed nitkellem fuq sajjieda li jkunu mbarkati f’Malta permezz ta’ transit visa. Dawn ma jħallsu xejn jiġifieri, la taxxa u l-anqas bolla. Fi kliem sempliċi dawn il-barranin ma huma qed iħallu xejn fil-kaxxa ta’ Malta.

Imbagħad, hemm aktar minn hekk. Hawn kuntratturi li jżommu lanċa tas-sajd ħalli jieħdu dan is-sussidju kollu fuq il-fuel u mbagħad listess fuel jintuża fuq karozzi kbar tal-art. Ara fuq dan l-abbuż, ma jsir l-ebda investigazzjoni!

Imbagħad għandna pensjonanti li jridu joqgħodu b’sebgħa mitt għajn kif ser iwasslu sa l-aħħar tax-xahar. Bil-Malti, ngħidu kif ser iqanqċu l-ġimgħa.  

Mela l-poplu Malti spiċċa jinvesti fil-pannelli voltajiċi biex jifranka ċenteżmu u dawn il-barranin jingħataw dawn is-sussidji kollha mingħajr qatt ma investew xejn, kif qed jingħataw dawn is-sussidji dawk li jikru l-jetskies lill-barranin. Magħhom inżid dawk li għandhom ħafna flus, li jaffordjaw cabincruiser u mbagħad jingħataw dawn is-sussidji kollha fuq il-fuel.

Fi kliem ieħor, il-poplu Malti spiċċa jissussidja li dawk il-ftit li ħaxxnu buthom b’illegalitajiet.

2 thoughts on “Il-poplu Malti qed jissussidja l-fuel tal-cabin cruisers u opri oħra tal-baħar u trakkijiet tal-kuntratturi.

  1. Ma ninsewx li qed nissussidjaw ukoll l-użu tal-enerġija ta’ għexiren ta’ eluf ta’ barranin li suppost qed jikkontribwixxu għall-pensjonijiet tagħna…….

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading