Where your opinion counts

Il-gwerra fl-Ukraina u l-misinformazzjoni dwarha fil-media lokali.

Minn Edwin Vassallo

Jien dejjem nitlob lil min jaqra l-artikli tiegħi biex jaħseb fuq dak li jaqra. Jien kontra kull eżerċiżju ta’ manipulazzjoni tal-kotra. Ngħid hekk għaliex f’pajjiżna dak li għandna huwa media tal-establishment politiku li qedha hemm biex timmanipula l-ħsieb tal-kotra. L-establishment politiku dak li jrid li jikkontrolla lin-nies x’emmnu, x’jaħsbu u kif jiddeċidu.

Aħna ngħixu f’pajjiż fejn ma għandniex “free press”. Aħna għandna “state controlled press”. Irriżultat huwa li dan hu pajjiż b’poplu li sar jaħseb u jemmen x’iriduh jaħseb u jemmen erba’ minn nies. Imbagħad l-istess poplu tant jemmen lil min ikun bellagħlu r-ross bil-labra li ‘l hekk imsejħa informazzjoni ta’ min jorbot fuqha tkun inkitbet jew intqalet minn xi ħadd li jgħidulu li huma “espert”. L-istess poplu jibda’ jiddefendi dak li jkun sema’ u jemmen xi jkun qal dan is-suppost espert.

Issa ħareġ stħarriġ tal-Eurobarometer li qiegħed jissostanzja dak li qiegħed ngħid jien dwar x’inhi l- perċezzjoni tan-nies minħabba dak li tiġi mitmugħa mill-media lokali. Dan l-istħarriġ tal-Eurobarometer jikkonferma kemm il-poplu Malti jibla’ dak li jisma’. Bħala eżempju mhux ser nuża argument mill-politika lokali. Minflok ser nitkellem fuq dak li jaħseb il-poplu tagħna dwar x’inhu jiġri fil-gwerra ġewwa l-Ukraina. Dan l-istħarriġ wera li l-poplu Malti qed jagħti raġun l-Ukraina kontra r-Russia. Għalhekk il-poplu Malti huwa bi ħġaru kontra Russja mingħajr ma jieqaf jaħseb. Għaliex għandna dan ir-riżultat daqshekk qawwi kontra r-Russja? Għandna dan ir-riżultat għaliex jekk f’pajjiżna, jien ngħid li jien favur il-paċi u kontra l-gwerra ta’ bejn ir-Russja u l-Ukraina, allura jien inkun ikkalkulat li jien favur ir-Russja, anki jekk fil-fatt ma jienx. Jekk jien nikkritika lill-gvern Ukren, jien niġi mgħajjar li ma’ Putin. Din mhix liberta’ iżda manipulazzjoni tal-espressjoni pubblika. B’hekk lill-poplu qed jitħallielu ftit spazju fejn jimmanuvra u dan ifisser li ma jkollux il-kapaċita’ li jakkuża bħal ma qiegħed nagħmel jien. F’dan it-tip ta’ ambjent, il-misinformazzjoni tista’ titwemmen minnufih.

Dan iwassalni biex nkun konxju li dak li qed nikteb jien huwa effettivament kontra l-opinjoni pubblika. Minkejja dan, jien nemmen li għal kull fatt u għal kull aħbar hemm diversi perspettivi għalija. Hemm ħafna aħbarijiet li fil-media tal-establishment politiku ta’ pajjiżna qatt ma jinstemgħu. Hawn qiegħed inwassal diskors ta’ MEP fil-Parlament Ewropew. Dan tkellem dwar x’hemm fl-Ukraina. Kull ma nixtieq u nitlob huwa li tisimgħuh u taħsbu dwaru għaliex xi diskors bħal dan qatt ma jkun ittrattat fil-media lokali.

https://www.facebook.com/boris.masek.3/videos/1456366998448672/?sfnsn=wa

3 thoughts on “Il-gwerra fl-Ukraina u l-misinformazzjoni dwarha fil-media lokali.

  1. Jien niggudika b’aktar b’mod semplici. Min invada lill min? Min invada hu l-aggressur, FULL STOP. Ir-ragunijiet li jista jaghti aggressur huma skuzi u wisq probabli immanipulati jew gew kreati sitwazzjonijiet bi hsieb mil aggressur stess. Min gie invadud, ghadu kull dritt li jiddefendi ruhu, bhiltu kollha u bis-sahha jew mezzi kollha li ghandu. Hekk nemmina jien.

  2. Prosit Edwin.
    Il gwerra ta l Ukrajna hi hatfa ta biljuni fil business moqziez tal armi…l EU gejja bankrupt b xi 60 jew 80 biljun li tajna lil zelenski minn flusna cittadini ta EU biex titkompla l gwerra halli jgawdu l commissions.

    Minn ta quddiem Metsola marret xi darbtejn tara lil zelenski u qatt favur il paci…

  3. Hi x’inhi dil- gwerra qazzet lil kulhadd. Li hu zgur hu li min jaghmel l-armamenti tal-glied komplew jistaghnew u mhux behsiebhom iwaqqfu dal- business qerriedi u korrott !

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *