Id-DJ Ryan Spiteri b’messaġġ transfobiku lejn Terry Muscat: Muscat wieġeb lura bi kliem tad-deheb.
Dan is-sit tella’ video ta’ Ryan Spiteri li lbieraħ anima l-attivita’ tal-Partit Laburista ta’ l-Ewwel ta’ Mejju. F’dan il-video, Ryan Spiteri pprova jżeblaħ soru Filippina. Ryan Spiteri waħħal f’Terry Muscat – magħruf bħala Terry ta’ Bormla – li hu persuna trans li għamel share ta’ dan il-video biex jagħmillu l-ħsara. Qallu li “ħsara biss ra mingħandek Terry”. Fuq kollox, Ryan Spiteri għajjar lil Terry ta’ Bormla bħala raġel aħdar.
Nispera issa li l-għaqdiet li jippromovu l-ugwaljanza jitkellmu jew jiftħu ħalqhom fuq dan il-każ. Mhux għax irrid nagħmel ħsara lil Ryan Spiteri, imma l-istatement li kiteb hu transfobiku u jammonta għal hate speech. Ryan Spiteri l-anqas jirrikonoxxi l-ġeneru ta’ Terry. Dan illum jammonta għal “hate speech”. Imma għall-pulizija u l-uffiċju tal-avukat ġenerali l-hate speech jeżistu biss għal xi ħadd li juża l-kelma gayyaġni!
Fuq kollox, Ryan Spiteri jgħid lil Terry li “jaqaw tridni naħdem miegħek ġo Latrina?” Kieku konna f’pajjiż ieħor Ewropew, min jgħid kliem bħal dan ġa tilef ħobżu. Dan ikompli jikkonferma li l-għaqdiet tal-gays għaddew dawn il-liġijiet biex jintużaw kontra persuni li huma jagħżlu li jridu jfarrku.
Għal ġieħna dan mar imexxi spettaklu ta’ Jum il-ħaddiem. Mela dawk li jaħdmu fil-latrini mhux ħaddiema wkoll! Imma jidher li għal dawn l-għaqdiet li jmexxu l-ugwaljanzi, hemm ħaddiema u ħaddiema u hemm xogħlijiet li għandhom ikunu mistkerrha bħal ma hemm gays u gays u trans u trans. Viva Jum il-Ħaddiem la x-xitan irid hekk. Ċwieċ huma dawk li għadhom jemmnu fih! Kull ma ngħid lil Ryan Spiteri huwa li min jerfa’ qoftu mhux pastazz.

Min-naħa tiegħu Terry Muscat wieġeb lura b’dan il-messaġġ:
“Araw x tellagħli Ryan, ħbieb fuq il-video talbieraħ tal-meeting…. jien ma jidhirlix li weġġgħajtu bil-video li telgħajt imma hu mingħalih li ħa jweġġgħani għax qalli raġel u naħdem ġo latrina… Għalija mhux diżunur li naħdem hekk waħda.
It-tieni taf x’hemm tajjeb Ryan li fi żmien il-Covid ma mortx nistaħba u nibki fuq FB u qatt staħbejt minn ħadd għal grazzja t’Alla. Qatt ma kelli dejn jew ġrew warajja biex inħallas… Tista’ tgħidli xi ħsara għamiltlek jien? Mhux kulħadd jaf x’tagħmel int. Kuntenti in-nies tiegħek, kuntent kulħadd. Biss waħda ngħidlek. Vera raġel għax inġibha żewġ miegħek. Ħa nieqaf hawn għalissa.

DJ Ryan jista’ jserrah rasu li la jdoqq f’manifestazzjonijet tal-Lejber, l-ebda ghaqda jew ngo favur l-ugwaljanza, la l-ufficcju tal-avukat generali u lanqas il-pulizija m’huma se jiehdu azzjoni kontrih.