Where your opinion counts

Mhux veru li Jason Azzopardi ried li Adrian Delia jerbaħ din il-kawża kontra l-Vitals: anzi mar-Repubblichini kien għamel kruċjata biex Franco Depasquale jitneħħa minn imħallef.

Wara li Adrian Delia rebaħ il-kawża tiegħu, Jason Azzopard ħareġ jgħid li hu kien dejjem jemmen f’din il-kawża u li din kienet finalment bdietha Daphne Caruana Galizia u mbagħad komplieha huwa meta kien ġabar balla artikli dwar dan il-kuntratt u għaddiehom lil Adrian Delia. Imbagħad, dejjem skont Jason Azzopardi, kien Adrian Delia li ried imexxi din il-kawża waħdu.

Fil-verita’, meta Adrian Delia fetaħ din il-kawża, Jason Azzopardi kien beda kampanja qalila, mgħejjun mill-media tal-Knisja u The Times u media oħrajn biex jittajjar Adrian Delia minn kap. Anki meta ffaċċjat minn din il-kampanja qalila kontra tiegħu, Adrian Delia xorta waħda kompla waħdu f’din il-kawża.

Imma dak li ma qalx Jason Azzopardi li huwa, flimkien mar-Repubblichini kienu oġġezzjonaw għall-ħatra tal-imħallef Depasquale ma’ membri oħra li kienu ġew appuntati fuq il-bank tal-ġudikatura. Kienu ġabu l-iskuża li ma kienetx saret sew din il-ħatra u b’hekk kienu talbu li Depasquale u l-oħrajn jitneħħew. Tant kemm kienu feroċi li kienu saħansitra marru fil-qorti Ewropea (ECJ) biex ineħħuhom. Imma l-avukat ġenerali tal-qorti Ewropea kien qatgħatha kontra tagħhom u din il-kawża ma setgħetx titkompla. B’hekk kontra qalb Jason Azzopardi u r-Repubblichini, l-imħallef Franco Depasquale kien baqa’ imħallef.

Issa din il-kampanja kollha saret waqt li Franco Depasquale kien qed jisma’ din il-kawża li fetaħ Adrian Delia. Fi kliem ieħor, meta Franco Depasquale kien qed jisma’ din il-kawża, Jason Azzopardi kien qed jagħmel kawża oħra biex ineħħih minn imħallef! Kieku l-avukat ġenerali tal-Qorti Ewropa laqa’ din it-talba ta’ Azzopardi, din il-kawża kienet awtomatikament taqa’ għaliex ma kienx jibqa’ leġittimu li Depaquale jismagħha u wisq probabbli, Adrian Delia kien ikollu jibda mill-ġdid quddiem imħallef ieħor.

Ara dawn l-affarijiet, Jason Azzopardi ma jgħidhomx. Ara fuq dawn l-affarijiet ma jitkellimx. Ma jgħidx li hu kien il-perċimes li ried ineħħi lil Franco Depasquale minn imħallef. Min jaf għalfejn? Għaliex dan kien beda jisma’ l-kawża li fetaħ Adrian Delia? Imma riedu jinħbew wara ħatriet ta’ imħallfin oħra? Inħalli lilek qarrej tagħmel il-konklużjonijiet tiegħek. Kemm infakkar li din il-kawża kontra l-Vitals u Steward Healthcare kienet waħda mill-ewwel kawżi li ġiet quddiem l-imħallef Depasquale wara li hu kien leħaq imħallef.

Mela li kieku kien għal Jason Azzopardi, Depasquale mhux imħallef fil-qrati tagħna. Mela jekk xejn din ir-rebħa żgur mhix grazzi għal Jason Azzopardi – kif ir-Repubblichini iriduna nemmnu – imma għall-qorti Ewropea talli ma ħallitx lil Jason Azzopardi u lir-Repubblichini itajru lil Depasquale minn imħallef. B’hekk Depasquale baqa’ mħallef u issa għandna din is-sentenza.

Wara dan kollu, Jason Azzopardi irid jgħidilna li din kienet rebħa tiegħu u ta’ sħabu r-Repubblichini. Imma mbagħad ma jfakkarx kemm ħadem biex ineħħi lil dan l-imħallef li ta’ din is-sentenza mill-kariga tiegħu u wisq inqas jgħidilna li kien wieħed mill-permiċes li tajjar lil Adrian Delia minn kap.

Ħalluna kwieti.

4 thoughts on “Mhux veru li Jason Azzopardi ried li Adrian Delia jerbaħ din il-kawża kontra l-Vitals: anzi mar-Repubblichini kien għamel kruċjata biex Franco Depasquale jitneħħa minn imħallef.

  1. Serq sar mil progett ta Mater Dei meta PERIT qal li 200 miljun Lura Maltija ( 466,330,000 Euros) sparixxew.

    1. Immisshom id-deputati laburisti fetħu kawża kif għamel Delia – ħafna insinwazzjonijiet u xnigħat – iżda ħadd minnhom ma kellu l-bajd jiftaħ kważa l-qorti bħama għamel Delia…. ejjew ngħaddu mill-paroli għall-fatti – u l-fatti forsi joħorġu biss fil-qrati… Delia wera lil Poplu Malti kif tikkumbatti kontra l-korruzzjoni mhux bil-paroli iżda bil-fatti.

Leave a Reply to Joe Borg Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *