Where your opinion counts

Jason Azzopardi kellu jirtira l-allegazzjonijiet kontra Owen Bonnici

Minn osservatur politiku

Bħalma kellu jagħmel fil-konfront ta’ Adrian Delia, issa Jason Azzopardi kellu jirtira l-allegazzjonijiet malafamanti li għamel qabel l-elezzjoni ġenerali fil-konfront tal-Ministru Owen Bonnici. Bħalma kien għamel meta ffirma dikjarazzjoni biex jgħid li minn dak li qal fuq Adrian Delia ma kien minnu xejn, ilbieraħ fil-qorti u waqt is-seduta fil-miftuħ, pubblikament u bil-miktub, Jason Azzopardi rtira kull referenza li kien qal fuq Owen Bonnici. Infakkar li Jason Azzopardi kien akkuża lil Owen Bonnici li kien kriminal u giddieb. Issa dan kollu ġie rtirat.

Kien hemm is-seduta għaddejja għax Bonnici kien fetaħ kawża ta’ libell kontra Azzopardi minħabba l-kliem li kien qal u kiteb. Dan kien sar min-naħa ta’ Azzopardi fuq il-Facebook f’Diċembru tal-2019 ftit wara li l-Partit Nazzjonalista kien irnexxielu jkollu l-kopja kollha tal-inkjesta Egrant.

Kemm kellhom raġun il-votanti Nazzjonalisti li ma jtellgħux lil Jason Azzopardi fil-Parlament. Kemm kellhom raġun iħalluh barra minn żewġ distretti fejn ikkontesta. Imma tgħid il-Partit Nazzjonalista se joħodha t-tagħlima? Jekk jiġi vakat xi siġġu fuq id-distretti li fuqhom ikkandida ruħu Jason Azzopardi, se jħalluh jikkontesta l-by-election?

Wara kollox Jason irriżenja mill-Partit Nazzjonalista, jew se jagħmlu kif kienu għamlu u ċedew meta David Thake ġietu l-okkażżjoni u minkejja li kien telaq mill-Partit Nazzjonalista sab ruhu fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *