Salvu Balzan jispiċċa jiġi f’kliem dan is-sit dwar is-sitwazzjoni attwali fil-PN

Minn osservatur politiku

Issa kien imiss lil Salvu Balzan biex jiftaħ il-kanuni kontra Bernard Grech anki jekk qalilna li dak li ser jgħid kien ilu jgħidu. Dan nesa kemm il-Malta Today ħadmet biex itajjar lil Adrian Delia. Huwa wża laqgħa vera jew fittizja li seta’ kellu ma’ eks-ambaxxatur Malti fejn fiha Balzan spjegalna l-punti mqajjma minn dan l-eks-ambaxxatur waqt konversazzjoni li huma kellhom flimkien.

Kienu diversi l-punti mqajma minn dan l-eks-ambaxxatur b’Balzan joqgħod jisma’. Biss meta ġiet konkluża din id-diskussjoni, Balzan jgħid li dan l-esk-ambaxxatur kellu raġun. Huwa doveruż li wieħed jirrimarka li dak kollu li ntqal minn dan l-eks-ambaxxatur għamel sens skont is-Sur Balzan.

Huwa obligatorju wkoll li wieħed jiġbed l-attenzjoni li dawn il-punti mqajjma minn dan l-eks-ambaxxatur, sabu posthom anke f’dan is-sit. Prof Simon Mercieca kemm-il darba tella’ artikli li jikkorrispondu mal-punti mqajjma minn dan l-eks-ambaxxatur imma Salvu Balzan qatt ma deherlu li kellu jgħid lil dan is-sit li l-artikli f’dan is-sit kienu veritiera.

Dan l-eks-ambaxxatur qal lil Balzan li l-Malta Today ma għandiex tikkritika biss lill-Partit Nazzjonalista imma għandu jattakka lill-Gvern Laburista u lil Robert Abela. Fil-fatt dan l-eks-ambaxxatur għamel kritika lil Salvu Balzan li qed ikun soft ma’ Robert Abela. Kompla jgħidlu x’kien jagħmel Balzan kieku kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern għall-miljuni ta’ euro li qed jingħataw lil Air Malta jew dwar il-kuntratt ta’ Vitals u Steward.

Għax Balzan iħobb jgħid li l-Partit Nazzjonalista qiegħed fil-ħażin, l-eks-ambaxxatur qal lil Balzan li għandu jitkellem fuq l-Awtorita’ tal-Ippjanar u jfakkar li minħabba f’din l-Awtorita’ pajjiżna krieh u qed isir mhux abitabbli. L-eks-ambaxxatur kompla jikkritika lil Gvern fuq il-kwantita’ kbira ta’ barranin li hawn f’pajjiżna u d-direzzjoni politika li qed jieħu l-Gvern fuq dan is-suġġett.

Salvu Balzan pprova jiddefendi lilu n-nifsu u l-gazzetta tiegħu għax sostna li nkitbu ħafna artiklu u editorjali fuq dawn is-suġġetti. Imma tajjeb li wieħed jemfasizza lli Balzan qabel ma kull argument li qajjem dan l-ambaxxatur. Balzan meta kellu ċans ifendi waħda qal li l-ġurnalisti ma jistgħux jagħmlu x-xogħol tal-oppożizzjoni.

Balzan jistenna li l-Oppożizzjoni tagħmel xogħolha u l-ġurnalisti jimxi warajha. L-aktar li spikka minn fost il-punti msemmijien kienet meta l-eks-ambaxxatur qal li ma jistax Balzan bħala ġurnalist joqgħod jistenna li fil-Partit Nazzjonalista jasal il-Messijja.

L-eks-ambaxxatur qal li l-Partit Nazzjonalista għandu bżonn malajr jeħles minn Bernard Grech għax qiegħed hemm għax ma għandux xogħol ieħor x’jagħmel. L-eks-ambaxxatur kompla jgħid li Dr Grech qatt ma kien jaf il-Partit Nazzjonalista, ma għandu ebda idea ta’ politika, ma għandux kariżma u li tilef kull ċans li kellu. Fil-fatt kompla jgħid li l-Partit Nazzjonalista għandu bżonn xi ħadd żgħir fl-eta’ li jispira lin-nies, li jara l-istampa kollha u li jagħti tama lin-nies li jixtiequ jersqu lejn dan il-partit.

Salvu Balzan mhux talli qabel, talli qal li Dr Bernard Grech ma hux kapaċi jerbaħ logħba dominoes aħseb u ara kemm ser jerbaħ elezzjoni. Wara dan il-baraxx li qala’ minn għand dan l-eks-ambaxxatur, Balzan qal li fuq kollox dan kien kliem mimli verita’.

il-problema hija li Balzan kien wieħed minn dawk li ġab din is-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż u meta kien hemm persuni bħala l-Prof. Simon Mercieca li tkellmu kontra l-aġenda tiegħu, ma ddejjaqx jgħajjaru’a gun for hirer‘ talli kien qiegħed jgħid is-sewwa.

4 thoughts on “Salvu Balzan jispiċċa jiġi f’kliem dan is-sit dwar is-sitwazzjoni attwali fil-PN

  1. Ghandek ragun mijs fil mija Sur Mercieca. Is-sur Balzan iriejda ta wiehed min tal fouth pillar, imma fil verita uwwa wiehed mis-sahta ta Malta.

  2. That’s right DOTTORE! Except he is hostage to the hidden powers behind the cabal and I feel he cannot express his real underlying thoughts.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *