Is-Segretarjat tal-Iskejjel tal-Knisja iħeġġeġ lill-ġenituri biex jibgħatu lil uliedhom għal attivita’ ta’ Repubblika favur Daphne Caruana Galizia

Qed inġib messaġġ li nitbagħat lill-ġenituri li għandhom it-tfal tagħhom fl-iskejjel tal-knisja biex jibgħatuhom għall-attivita’ Repubblika favur Daphne Caruana Galizia li ser issir fil-kulleġġ ta’ Sant Agata r-Rabat. Din l-attivita’ ser issir biex ikun imfakkar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Skont is-segretarjat tal-knisja, din l-attivita’ qed issir biex ikunu mfakkar il-valuri tal-ġustizzja u d-dritt tal-liberta’ tal-espressjoni. Infakkar li kieku kien għal ta’ Repubblika, li magħha qed issir din l-attivita, jien tkeċċejt mill-Universita’ għaliex eżerċitajt id-dritt tal-liberta’ ta’ l-espressjoni. U issa dawn iriduha tal-paladini tad-dritt tal-liberta’ tal-espressjoni.

Infakkar lis-segretarjat tal-iskejjel kattoliċi tal-knisja li qed jippontifikaw fuq il-ħaqq favur il-membri tal-familja Caruana Galizia li dawn ma ddejqux jagħmluli kawża bbażata fuq il-gideb kontra tiegħi u mbagħad l-anqas biss dehru l-qorti biex jippruvaw il-punt tagħhom. Daqshekk u aktar dawn huma nies maħmuġin u l-Knisja trid toħroġ l-istudenti tagħha biex tagħtihom is-support tagħha. Infakkar li membru ta’ din il-familja ġa nqabad jigdeb aktar minn darba u jwaħħad dwar dan il-qtil ta’ ommu. Infakkar li l-prosekutur pubbliku f’dan il-każ, għamel att ta’ akkuża mimli gideb u jaf li hu mimli gideb!

Imma s-segretarjat tal-iskejjel tal-Knisja ma jimpurtahx minn dan kollu. Dan ifisser li din l-attivita’ għandha s-support tal-arċisqof Scicluna. Infakkar li din l-attivita’ ser issir ġewwa skola tal-knisja. Issa nispera li kull mara li tinqatel, jiġifieri tkun vittma ta’ femmiċidju, tkun infakkra mill-knisja. Imma jidher li f’għajnejn il-knisja kattolika, quddiem Alla mhux kulħadd l-istess. Infakkar li din kienet mara li bil-kitbiet tagħha kien hemm minn saħansitra għamel suwiċidju! Imma jidher ċar li llum il-knisja kattolika ma jimpurtahiex mill-vittmi ta’ Daphne Caruana Galizia u min tkisser minħabba l-kalunji tagħha.

Nistaqsi x’ser tagħmel l-MUT issa? Niftakar li meta fil-kampanja tad-divorzju intalbu l-għajnuna tat-tfal tal-iskejjel tal-Knisja, l-MUT kienet ħarġet qatta’ bla ħabel kontra dan il-fatt. Nifhem li l-isem tal-għalliema mhux qiegħed jissemma f’din l-istqarrija, imma xorta kont nistenna pożizzjoni.

Jien kont wieħed minn dawk l-istudenti li kont tattendi l-protesti li kienu jsiru meta l-gvern tal-Lejber ried jagħlaq l-iskejjel tal-Knisja. Imma din il-protesta ma għandha x’taqsam xejn mal-Knisja. Verament li hemm minn irid imur lura għat-tmenijiet. Imma din il-protesta u dan l-involviment aktar ħsara milli ġid ser jagħmel lill-Knisja.

Infakkar li s-segretarjat tal-Knisja għall-edukazzjoni Kattolika l-anqas tkellem meta d-Dumnikani għaddew minn dik il-burraxka li għaddew minnha. Imma milli jidher, id-Dumnikani mhumiex ħbieb ta’ Repubblika!

Din l-attivita’ żgur li mhux ser tinżel tajjeb ma’ ħafna nies.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *