Il-ġurnalista Christine Amaira sejra lura mal-media tal-PN

Dan is-sit jinsab infurmat li l-ġurnalista tat-Times, Christine Amaira sejra lura fil-PN. Amaira ġa kienet ġurnalista mal-media link qabel marret ma’ The Times. Jidher li wara din il-mossa hemm l-id moħbija ta’ Francis Zammit Dimech li hu c-Chairman tal-Media Link. Wieħed jimmaġina li ġiet offruta pakkett finanzjarju tajjeb li hu żgur aħjar milli kellha f’The Times biex għażlet li tmur lura mal-media tal-Partit Nazzjonalista.

Biss din mhux l-unika tibdila li ser inkunu qed naraw. Jeremy Gingell ser iħalli x-xogħol tiegħu fil-amministrazzjoni tal-PN.

Min-naħa l-oħra, żewġ ġurnalisti ser ikunu qed jingħaqdu mal-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Dawn huma Simon Cassar u Francesco Catania.

2 thoughts on “Il-ġurnalista Christine Amaira sejra lura mal-media tal-PN

  1. Dawk l-arroganti li kienu vicin Bernard Grech meta tilef l elezzjoni kollha abbandunawh u dabbru rashom. Fil-maltemp tat- telfa hallewh wahdu lil Bernard. Ibda minn Ray Bezzina, Alessandro Farrugia u issa Jeremy Gingell. L-aktar wiehed li kellu jitlaq; Bernard Grech, baqa hemm.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading