Bernard Grech qed iżur lin-nies tal-kumitati u jitlobhom il-fiduċja: ikkonferma magħhom li ser ibiegħ numru ta’ każini Nazzjonalisti

Dan is-sit jinsab infurmat li Bernard Grech qed iżur il-kumitati distrettwali u qed jitlobhom mill-ġdid il-fiduċja. Matul dawn iż-żjajjar huwa qed juża l-frazi li jew lilu jew il-partit jitmexxa mix-xejn għax ħadd ma jrid itellaq miegħu. Fil-fatt, ħadd ma ħareġ biex jikkompeti ma’ Bernard Grech u għalhekk verament ser itellaq waħdu f’din it-tiġrija.

Jidher li l-membri tal-kumitati ma humiex ħalluh b’xejn. L-aktar li qed tinkwieta lill-membri tal-kumitati huwa l-bejgħ tal-każini Nazzjonalisti. Bernard Grech qed ikun mistoqsi dwar dan u qed iwieġeb li min x’imkien trid tibda. Fi kliem ieħor, qed jammetti li ġa ġie mfassal pjan biex jinbiegħu l-każini u dan il-pjan ser jibda jitwettaq hekk kif huwa jkun ikkonfermat kap.

F’waħda minn dawn il-laqgħat, anzjan, membru tal-partit, ma ddejjaqx jgħidlu li aħjar beda mill-pagi fenominali li ta lil ta madwaru u li ma wassluna mkien. Dan qalu b’referenza ċara għal Christian Peregin u Ray Bezzina.

Ġara li kien hemm xi membri li ma marrux għal dawn il-laqgħat. Lil dawn il-membri qed jispiċċa jċemplilhom. Hemm min mhux qed jiddejjaq jgħidlu dak li jħoss u jikkuntraduċih waqt il-konverżazzjoni li qed ikollhom ma’ Bernard Grech fuq it-telefon. Meta jiġri hekk, Bernard Grech qed jaqtalhom.

Imma anzjan ieħor fil-partit malajr tah risposta f’waqtha. Bernard Grech ħa l-okkażjoni biex jirringrazzja lil dan x-xiħ tax-xogħol li jagħmel fil-kumitat. Dan kien pront wieġbu li “għalkemm jaqa’ fil-lista tal-iskaduti, baqa’ għaddej b’ritmu għall-ġid tal-partit li nħobb!”

Leave a Reply

Your email address will not be published.