Stop news:  għadu kif seħħ attentat ta’ suwiċidju fil-ħabs: it-tielet wieħed fi ftit ġimgħat!

Ftit tal-minuti ilu, ambulanza ħalliet l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin u marret bi priġunier barrani lejn l-isptar Mater Dei wara li dan il-prigunier għamel attentat ta’ suwiċidju. Dan l-attentat seħħ f’diviżjoni numru 3. Dan il-priġunier hu ta’ nazzjonalita’ Indoneżjana u qiegħed il-ħabs fuq attentat ta’ omiċidju. Żgur li din id-darba ħadd ma jista’ jwaħħal f’Alex Dalli, għaliex din il-persuna, li għadha kif għamlet attentat ta’ suwiċidju, iddaħħlet il-ħabs f’Novembru, meta Alex Dalli kien prattikament spiċċa minn direttur. Infakkar li l-ministru preżenti tal-intern, Byron Camilleri neħħa lil Dalli minn direttur f’Diċembru imma Dalli nnifsu kien issuspenda ruħu f’Novembru wara t-tielet attentat ta’ suwiċidju li kien seħħ fil-ħabs.  

Dan is-sit jinsab infurmat li dan hu t-tliet attentat ta’ suwicidju li seħħ fil-ħabs ta’ Kordin minn mindu Alex Dalli ma baqgħax imexxi din il-Faċilita’ Korrettiva minn Novembru li għadda. Persuna femmili li qegħda l-ħabs qatgħet il-polż u persuna oħra ta’ karniġjon skur għamel ukoll attentat ta’ suwiċidju. Ara fuq dawn l-attentati, il-media tal-onesti ma qalet xejn. Kollox żammet fil-moħbi.  Ara l-media tal-Knisja Kattolika ma kellhiex programmi x’tagħmel fuq il-ħabs u dawn l-attentati ta’ suwiċidju.

Issa dan hu t-tielet attent ta’ suwiċidju li seħħ kemm ilu li telaq Alex Dalli. Għall-maintstream media, is-suwiċidji kienu problema biss meta Alex Dalli kien imexxi l-ħabs. Ara issa l-istess media mhux qed titkellem dwarhom. Anzi issa saru aktar frekwenti u ħadd ma għadu jitkellem fuqhom.

Għalhekk dan is-sit kien ħa l-pożizzjoni favur Alex Dalli għaliex fehem li kien hemm konġura kontra tiegħu peress li kien persuna ta’ dixxiplina, imma rnexxilu jwaqqaf id-droga milli tidħol fil-ħabs. Issa anki fuq id-droga, daqt tibdew nisimgħu stejjer imma ibqgħu żguri li l-ġurnalisti tagħna ser jagħmlu minn kollox biex joskurawhom.

3 thoughts on “Stop news:  għadu kif seħħ attentat ta’ suwiċidju fil-ħabs: it-tielet wieħed fi ftit ġimgħat!

Leave a Reply

Your email address will not be published.