Il-ġurnali ħbew l-isem tax-xufier li korra gravi lill-Irlandiż fl-2019 għaliex huwa t-tifel ta’ eks-Imħallef

Jumejn ilu, jiġifieri 10 ta’ Mejju, kellna żewġ stejjer li jikkonċernaw l-imħallef Patrick Vella. L-ewwel waħda kienet dik li dan l-eks-imħallef miet f’dak il-jum. Alla jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.

Imma n-nemesis tal-istorja ma taħfira lill-ħadd. Ftit siegħat qabel li tħabbret il-mewt tal-imħallef, kellna storja oħra li tikkonċernah u din kienet marbuta ma’ dak li ġara f’qorti fl-Irlanda.

Il-gazzetti tawna l-aħbar li qorti ġewwa l-Irlanda kkundannat lill-istat Malti biex iħallas is-somma ta’ 3.1 miljun euro lil David Cooley wara li dan kien ittajjar minn persuna waqt li kien miexi ġewwa tas-Sliema. Bid-daqqa, Cooley litteralment ttajjar fl-ajru.

Il-persuna li weġġa’ li din il-persuna Irlandiża u minħabba fih, l-istat Malti ser ikollu jħallas danni kbar, huwa t-tifel tal-eks-imħallef Patrick Vella. Irid jingħad li meta seħħ dan l-inċident, Vella ma kienx għadu mħallef minħabba li kellu jirreżenja mill-kariga tiegħu fuq skandlu li xxokkja lil Malta.

Eżattament wara l-inċident, il-pulizija kienet ħadet lit-tifel tal-eks-imħallef l-għassa tal-Mosta għall-breathalyzer test u sabuh li kien “over the limits”.  Dan is-sit jinsab infurmat li kienet infetħet inkjesta minn maġistrata. L-inkjesta misset maġistrata li ġiet appuntata mill-Gvern Laburista. Din l-maġistrata kkonkludiet l-inkjesta fi żmien xahrejn. Nixtieq inżid li din l-maġistrata li kkonkludiet l-inkjesta kienet ġiet mgħajra li mhux denja tkun maġistrata minħabba l-konnessjonijiet ta’ missierha mal-Partit Laburista. Hawn qed nitkellem fuq Caroline Farrugia Frendo. Dan il-fatt jikkonferma dak li kiteb dan is-sit li l-aħjar imħallfin u maġistrati kienu dawk li ħarġu mill-kamp politiku – irrispettivament jekk kienux Laburisti jew Nazzjonalisti. Nixtieq ngħid li jien kont iddefendejt l-għażla ta’ din il-maġistrata meta ntgħażlet f’artiklu li kont ktibt fuq il-blog tiegħi fuq il-Malta Indepedent.

B’għaġeb tal-għeġubijiet, sallum il-pulizija għadha ma ħaditx passi kontra dan l-individwu li minħabba fih l-istat Malti ser ikollu jħallas dawn il-flus kollha. U dan hu t-tifel ta’ eks-imħallef li tilef ġieħu u sab protezzjoni bħal din! Hawn wieħed jistaqsi x’sar minnha din l-inkjesta u x’għamel l-uffiċju tal-avukat ġenerali dwarha? Għaliex il-pulizija għadha ma ħaditx passi kontra din il-persuna? F’dan il-kuntest, wieħed ma jistax ma jinnutax il-parentela li din il-persuna għandha ma’ eks-membru tal-ġudikatura.

Kieku ma kienx hekk, l-avukati ta’  Cooley ma kienux ikunu ħafna kritiċi lejn is-sistema ċivili u kriminali tal-ġustizzja ta’ Malta. Sejħulha “appalling”. Hawn ser nikkwota minn The Times of Malta fejn qaltilna x’qalet il-media Irlandiża dwar dan il-każ.

Irish media quoted Cooley’s lawyers as being extremely critical of Maltese authorities’ handling of the case.

His lawyer Dan Wall was quoted as saying that the driver who hit Cooley had been five times over the alcohol limit but has not yet been prosecuted.

Wall criticised the way the Maltese authorities handled the case, saying there had been no contact from the Maltese authorities since his client left Malta in an air ambulance.

Cooley’s case raised serious questions about the civil and criminal justice system in Malta in the context of it being an EU state, Wall said.

Such a denial of liability, he said, was “appalling”.

Barrister Thomas Creed told Ireland’s High Court that Mr Cooley spent more than a year in the National Rehabilitation Hospital.

Waqt li wieħed jinnota li l-pulizija li kienu fl-għassa ġewwa l-Mosta għamlu xogħolhom sew, xi ħadd f’pożizzjoni għolja ħa d-deċiżjoni li ma jmexxix kontra t-tifel ta’ eks-imħallef li missieru kien inqabad fuq tixħim.

Dan jispjega għaliex l-avukati ta’ dan l-Irlandiż maqdru s-sistema tal-ħaqq ġewwa pajjiżna għaliex il-persuna nvoluta hija tifel ta’ eks-imħallef u din qegħda tkun protetta kemm mis-sistema tal-ħaqq f’pajjiżna u anki mill-ġurnali għaliex ma tawniex dan id-dettall. Ara kieku kien ħaddieħor, il-pulizija kienu jagħmlu “show” bih fil-qorti u kienu jinsistu li ma jingħatax il-liberta proviżorja u ċertu imħallfin u l-maġistrati kienu jaqblu magħhom.

Nispera li l-kummissarju tal-pulizija jerfa’ r-risponsabilita’ ta’ dan il-każ u jipproċedi kontra dawk l-uffiċjali tal-korp li naqqsu milli jmexxu kontra t-tifel tal-eks-imħallef Vella li weġġa’ gravament lil Cooley.

2 thoughts on “Il-ġurnali ħbew l-isem tax-xufier li korra gravi lill-Irlandiż fl-2019 għaliex huwa t-tifel ta’ eks-Imħallef

  1. Kieku ma jkunx ghal danil Blog…. kieku il poplu komuni ma jkunx jaf bdawn l affarijiet. Prosit DrSM

Leave a Reply

Your email address will not be published.