Ftit jiem qabel l-elezzjoni, Bernard Grech attenda ikla esklussiva u fiha ssemmgħu ċifri stratosferiċi ta’ 2.5 miljun Euro.
Dan is-sit jinsab infurmat li ġimgħa qabel l-elezzjoni sar working lunch li għalih attenda Bernard Grech flimkien ma’ Ray Bezzina u Jeremy Gingell. Dan sar f’restaurant li għalih, minħabba l-materja tad-diskussjoni, fejn fiha kienu saħanistra ngħataw flus miġbura, kollox sar fil-magħluq. Ir-restaurant kien saħansitra magħluq għan-nies li normalment jagħmlu użu minn dan il-post għal waqt il-ħin tal-ikel. B’hekk, din kienet ikla esklussiva. Kollox sar inkiss inkiss u bil-moħbi. Kienu biss fiha Bernard Grech u l-grupp mistieden li skont informazzjoni li għandi, kienu kollha persuni magħżula minn Ray Bezzina.
Dan il-working lunch ġie organiżżat ġewwa post turistiku f’Malta. Din l-ikla saret ftit qabel il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi għall-Partit Nazzjonalista. B’hekk din l-ikla saret propju ġimgħa qabel l-Elezzjoni Ġenerali.
Interessanti li Jeremy Gingell u Ray Bezzina kienu ħaduha qatta’ bla ħabel kontra Adrian Delia minħabba li dan ġie mistieden minn Yorgen Fenech biex imur jiekol miegħu. Ara issa dawn it-tnejn ma jiddejqux imorru jieklu man-negozjanti u ma jiddejqux ikunu preżenti f’ikla li fiha jissemmgħu miljuni ta’ euro f’donazzjonijiet.
Matul din l-ikla, dawn in-negozjanti għaddew parti sostanzjali tad-donazzjonijiet b’risq il-maratona ġbir ta’ Fondi EG’22. Persuna li kienet għal din l-ikla assikurat lil dan is-sit, li dawn in-negozjanti tkellmu fuq żewġ miljuni u nofs. Infakkar li matul il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi favur il-kampanja elettorali ġew iddikjarati li nġabru ħafna inqas flus. Jista’ xi ħadd mill-partit jispjega din id-differenza? Fuq kollox, l-uffiċjali preżenti ħarġu rċevuti lil dawn in-negozjanti għall-flus li għaddew lill-Partit Nazzjonalista?
Kif spjegajt fi blog ieħor, ma hix etika li meta kap ikun mistieden f’working lunch ma’ nies tal-business, partikolarment lejlet Elezzjoni Ġenerali, ma jiġix akkumpanjat almenu minn xi uffiċjal ieħor tal-amministrattiv. In-nuqqas tagħhom għandu jkun ikkunsidrat bħala aġir politiku mhux etiku. Hija rresponsabblita’ kbira politika għax faċli l-kap jista’ jiġi f’sitwazzjoni kompromettenti u jeħel il-partit stess miegħu.
Imma l-aktar ħaġa li tweġġgħek f’dan kollu hija l-ipokresija politika tal-klikka ta’ Repubblika u sħabhom. Infakkar li kemm Ray Bezzina u Jeremy Gingell kienu parti minnha. Ara issa ta’ Repubblika ma għandhomx problema li dawn it-tnejn, flimkien ma’ Bernard Grech, jiltaqgħu ma’ nies marbuta fil-qasam tal-kostruzzjoni, u oqsma oħra tan-negozju, f’ikla bil-moħbi u joqgħodu jitkellmu fuq il-miljuni.
Infatti f’ras il-mejda poġġa persuna li hu ħabib intimu ta’ Ray Bezzina. Meta Ray Bezzina kien jaħdem fil-ministeru ta’ Ġorġ Pullicino, meta kellu taħtu l-MEPA, din l-persuna kienet taħdem il-MEPA u kellha saħħa kbira. Bernard Grech poġġa f’nofs il-mejda u kien għal qalbu ħafna jiekol. Kif ngħidu kien f’aptitu.
Illum nissuspetta li tar-Repubblika u sħabhom qed jieħdu huma l-flus mingħand in-negozjanti la darba ma jistaqsu xejn dwar il-flus li negozjanti qed jgħaddu lil Bernard Grech u sħabu bil-moħbi! Li saru ikliet bejn negozjanti u Bernard Grech mhux qed ngħidu jien biss. Issa qalu wieħed minn tagħhom, Jason Azzopardi.
Wasal iż-żmien li nistaqsi jien lil Manuel Delia kemm hija twila l-imgħarfa tiegħu! B’hekk wieħed jistaqsi x’ser jagħmlu issa ta’ Repubblika? Ser joħorġu jipprotestaw u jistaqsu jekk Bernard Grech jew iż-żewġ assistenti li kellu miegħu ħarġux riċevuti għall-flus li rċevew waqt din l-ikla u oħrajn bħalha? Jekk le, dan jiġi ħasil ta’ flus!
Għala għal din l-ikla jew working lunch ma kienux mistiedna uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista marbuta mal-kampanja elettorali? U għala nżammet f’din is-segregezza kollha u fil-magħluq? Nispera li jkun hemm konferma jew ċaħda ta’ din l-istorja min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.
Issa nispera li l-qassis Joe Borg jibda’ jistaqsi u jorganizza kruċjati fuq il-media tal-knisja dwar dawn il-fatti u ikliet ta’ Bernard Grech. Ara dan il-qassis kienx ddejjaqx ixerred gideb fuqi u jgħid li jien qed nitħallas mingħand Yorgen Fenech. Il-gideb li dan ir-raġel jobżoq fuq in-nies l-anqas Belżebub ma hu kapaċi joħloq.
Issa nispera li ta’ Repubblika u Manuel Delia jinvestigaw din l-allegazzjoni serja u jistaqsu kemm hija twila l-imgħarfa ta’ Bernard Grech. Infakkar li dawn kienu wara l-għażla ta’ l-istess Bernard Grech bħala mexxej tal-Partit Nazzjonalista.
Don’t hold your breath Dr Mercieca. L-iktar jekk Repubblika u Manuel delia nnifsu beneficjarji ta dawn id-donazzjonijiet!
Dwar il-qassis, ma nikkummentax. L-ipokrezija tieghu tinxtam minn seba mili l boghod.
Qħab u sħab
@Liliana Risiott kemm ghandek ragun. Vera “qhab u shab”. Jaqsmu u jieklu flimkien. Nittama li it-tobby u is-Sur Ray Bezzina jichdu jew jinkonfermaw. Inkella vera kaz ta’ QHAB U SHAB.