Kuntrattur Taljan jagħmel xogħol ħażin fit-Triq il-Kajjik, Marsaxlokk: il-perit li ser jiffirma x-xogħlijiet għandu jinżamm responsabbli

Dan li qed nikteb hawn mhux xi smajt imma dak li qed ngħix u nara. Bħalissa kuntrattur Taljan qed jagħmel xogħlijiet fi Triq Il-Kajjik Marsaxlokk. Ma nafx kemm-il darba qalgħu din it-triq. Il-karozzi huma kollha trab. Fuq kollox dawn għamlu l-bankini. Biss mhux kulħadd ġiet stmat l-istess. Kien hemm minn kellu l-garaxxijiet u baxxewlu l-bankina ħalli jkun jista’ jitla’ komdu bil-karozza u kien hemm min le. Kien hemm minn fost ir-residenti ġabulu l-katusa tal-ilma taħt il-livell tat-triq. B’hekk meta ser tagħmel l-ewwel xita id-dar tiegħu jew il-bitħa ħa tegħreq bl-ilma.   

Imma dan mhux l-uniku nkonvinjent jew xogħol ħażin. Jien kont ġbidt l-attenzjoni biex meta jagħmlu l-bankina ma jagħmluhiex aktar għolja mill-parapett. Qaluli li ser jagħmlu hekk. Imma mbagħad għamlu bil-kontra. Il-parti tal-bankina ta’ quddiem id-dar għamluha aktar ogħożla mill-parapett. B’hekk meta ser tagħmel l-ewwel xita, u t-triq hija wied għax verament għan-niżla, l-ilma tat-triq li ser jinżel minn fuq il-bankina ser issa jispiċċa jinfiltra d-dar tiegħi. Issa min ser ikun risponsabbli tal-ħsara li ser issir? Il-kuntrattur Taljan li wara li jieħu l-flus jisparixxi jew il-perit li ser jiffirma ix-xogħol?

Dawn l-inkonvjenti spiċċaw biex qed ibatuhom ġirien oħra tat-triq li tkellmu miegħi. U għalhekk qed nikteb. Imma l-agħar ħaġa hija li tisma’ anzjan bi bżonnijiet speċjali u dan jgħidlek li l-anqas ħalluh itella’ l-karozza tiegħu quddiem id-dar biex iniżżel ix-xirja. Imbagħad lill-ħaddieħor iħalluh. Din tammonta mhux biss għal diskriminazzjoni imma għal tbatija bla bżonn.

Fuq kollox, jekk iridu jagħlqu t-toroq u ma jħallux karozzi jgħaddu għandhom iġibu l-wardens u mhux jiddetermina min jidħol bil-karrozza ħaddiem Taljan! Dan l-istess anzjan spiċċa iqattar il-qtar f’għajnejn minħabba l-ammont ta’ trabijiet li dawn ix-xogħlijiet qed jikkawżaw.

Imbagħad għax Malti jitkellem fuq il-barranin jiġi mgħajjar razzista. Imma li kuntrattur jiġi f’pajjiżna u jistma lill-Maltin u agħar lir-residenti b’dan il-mod u jagħmel xogħol li ser ikun għad-dannu tagħhom ma jimpurtax. Finalment kien wieħed mill-ħaddiema Taljani stess li ammetta miegħi li l-mod kif għamlu l-bankiena hu ħażin u mal-ewwel xita, id-djar ta’ wħud mir-residenti ser ikunu nvażati bl-ilma.

Illum, ir-residenti qed jistaqsu fejn hu l-kunsill? Ir-residenti qaluli li qed jiktbu lill-kunsill dwar il-problemi tagħhom imma mhux qed ikollhom tweġiba. Kemm inżid li kien hemm anzjani waqgħu u waqt li t-triq ilha magħluqha għal ħafna ġranet bir-residenti jiġu miċħuda d-dritt li jidħlu bil-karozza tagħhom quddiem ir-residenza għall-ġimgħat sħaħ.

Kemm inżid li wieħed mill-ħaddiema li ammetta miegħi li x-xogħol li sar ħażin ried jirranġah imma ta’ fuqu ma riedux u dan għamlu apposta meta dan, li milli jidher hu inġinħ;ier, suppost jaf li qed isir xogħol ħażin fuq il-bankina u ser jgħerqu d-djar tan-nies bl-ilma mal-ewwel xita.

Biss sakemm tkun għamlet l-ewwel xita, dawn ikunu telqu u tħallsu u aħna ir-residenti nibqgħu nbatu x-xogħol ħażin ta’ dan il-kuntrattur. Finalment nispera li dan mhux xi proġett iffinanzjat mill-flus tal-Ewropa. Jekk dan hu l-każ, aħna r-residenti lesti niktbu biex nuru kif flus qed jintefqu fuq toroq tagħna biex jikkreaw inkonvenjenti u mhux biex jagħmlulna l-ħajja tagħna aħjar.

Dawn huma ftit mill-ħafna nkonvenjenti li kkreaw u qed ikunu kkreati lilna r-residenti, minbarra nkonvenjenti oħra bħal xogħol li sar fi btajjel pubbliċi u b’hekk aħna r-residenzi ma stajniex ingawdu dan bħala jum ta’ mistrieħ.

Imma bħala residenti mhux ser naċċettaw dawn l-affarijiet. Milli jidher f’Marsaxlokk min jimxi bil-prudenza u mal-liġi jibqa’ ma jimxix. Ara min jieħu l-liġi f’idejh, kif fuq kollox għamel is-sindku tal-lokalita’ l-affarijiet jimxu. Finalment what is sauce for the goose is sauce for the gender.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading