Bernard Grech jgħid li ma hemmx flus imma sab 101.8K Euros biex jonqof fuq il-kampanja personali tiegħu fuq Facebook

Qed inġib kemm intefqu flus fuq Facebook mill-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista nefaq 134.3K euros f’din il-kampanja fuq Facebook. Imbagħad, Bernard Grech nefaq għalih innifsu, f’din l-istess kampanja fuq Facebook, 101.8K euros.

Dan hu ħafna aktar milli nefaq il-Partit Laburista. Il-Labour nefaq 76,4k euros waqt li Robert Abela nefaq 73.3K euros. Allavolja l-Lejber nefaq inqas mill-PN, xorta għadda lill-Partit Nazzjonalista b’40 elf vot. Fuq kollox, anki Robert Abela nefaq inqas minn Bernard Grech u xorta ġab aktar voti minnu.

U anki jekk il-Labour u Robert Abela nefqu inqas mill-Partit Nazzjonalista u Bernard Grech, xorta rnexxilhom iġibu aktar likes.

Imbagħad Bernard Grech jgħid li hemm partit b’dejn ta’ 32 miljun euro. Imma jidher ċar li għalih, il-flus qatt ma kienu problema.

Qed inġib l-iscreen shot tal-ħlasijiet li saru lill-Facebook bejn 26 ta’ Jannar u 25 ta’ April 2022, il-perjodu li fih, l-ewwel b’mod mhux uffiċjali u mbagħad b’forma uffiċjali, kellna l-kampanja elettorali .

One thought on “Bernard Grech jgħid li ma hemmx flus imma sab 101.8K Euros biex jonqof fuq il-kampanja personali tiegħu fuq Facebook

  1. Jehtieg it-tesserati jifhmu li Bernard Grech qieghed hemm ghall-interessi personali tieghu. Ghall-paga tal-Kap. Ghax-xuffier. U perkacci ohra. U dan apparti l-impiegi ta’ nies bhal Jeremy Gingell li donnhu stahba. Ray Bezzina li telaq mill-Bank biex imur ma’ Berard Grech b’paga fenominali u l-famuz Chris Perigin b’paga ta’ aktar minn 70 elf ewro. Bernard Grech ghandu sehem mid-dejn tal-partit. Bernard jekk thobb il-partit warrab u ibqa aghti sehmek bhala voluntier kif kont tghid lil ohrajn.Walk your talk.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *