Tas-Soċjeta Ċivili ma jirringrazzjawx lil Mark Anthony Sammut
Il-bieraħ tellajt post dwar storja li ġrat fl-esekuttiv fejn fiha għidt li Mark Anthony Sammut għolla siġġu lejn il-kap Adrian Delia. Kif mistenni, Mark Anthony Sammut ċaħad din l-istorja. Kull ma ngħid lil Mark Anthony Sammut li ż-żmien għad jagħtina parir ta’ min minna qed jgħid il-verita’. Imma fil-post li kiteb qal li jien qed nagħmel dan kollu biex noħloq diviżjoni u firda fil-Partit Nazzjonalista. Jekk kien hemm persuna li ħoloq firda fil-Partit Nazzjonalista kien l-istess Mark Anthony Sammut bil-mod kif kien jaġixxi meta kien il-President tal-Esekuttiv tant li saħanistra kien jgħajjar u jgħid lil Adrian Delia, dak iż-żmien kap, li fl-esekuttiv jikkmanda hu (Mark Anthony Sammut).
Imma Mark Anthony Sammut mhux firda biss ġab fil-Partit Nazzjonalista imma anki fost dawk ta’ Repubblika, Occupy Justice u Manuel Delia. Infakkar li Mark Anthony Sammut kien wieħed mill-perċimes f’ta’ Repubblika u parti minn dik li tissejjaħ is-Soċjeta’ Ċivili. Mhux biss kien jikteb imma kien wieħed mill-organiżżaturi tal-protesti li dawn kienu organiżżati quddiem il-Parlament. Ara issa ma għadux parti minnhom għaliex fuq ir-Raba’ distrett dawn il-protesti ma tantx huma apprezzati. Nispera li issa ma jgħidx ukoll li din hija “kalunja ivvintata” minni.
Niġbed l-attenzjoni ta’ Mark Anthony Sammut li l-bieraħ saret protesta minn dawk ta’ Repubblika, Occupy Justice u Manuel Delia biex inessu r-responsabbilita’ tagħhom li kienu l-kawża ta’ din it-telfa kbira li ġarrab il-Partit Nazzjonalista. F’din l-attivita’, dawk ta’ Repubblika rringrazzjaw lil dawk il-politiċi li kienu warajhom f’dawn l-aħħar snin jgħinuhom jiġġieldu favur ir-rule of law u kontra l-korruzzjoni. Mark Anthony Sammut kien wieħed minn dawn il-politiċi imma ġiex irringrazzjat allavolja fil-passat kien jiekol il-kirxa magħhom tant li ħareġ fuq id-disa’ distret minħabba dan l-attiviżmu politiku ma’ ta’ Repubblika u s-Soċjeta’ Ċivili.
Ħa nfakkrek x’irrappurtat il-Malta Today dwar dawn il-politiċi li ġew irringrazzjati minn kien li tissejjaħ is-Soċjeta’ Ċivili.

Mark Anthony Sammut int mhux magħhom illum. Anki lil Claudette Buttigieg u lil Jason Azzopardi inkludew imma lilek ma semmgħukx. Ma tafx jekk tistax tgħid għaliex? Jaqaw ta’ Repubblika, Occupy Justice u Manuel Delia rrabbjati għalik għaliex immanuvrajt – kif qaltlek tajjeb l-eks-Kunsilliera Nazzjonalista Deborah Mifsud biex kissirt lil Jason Azzopardi u spiċċa ma telax? Infakkar li int ħriġt fuq l-istess distretti tiegħu. Jekk għamilt hekk, għamilt xi ħaġa tajba għall-Partit Nazzjonalista imma dan jikxef it-tiżgwid intern f’dawn il-movimenti li spiċċaw mażżriet ma’ għonq il-Partit Nazzjonalista