Where your opinion counts

Għal darba oħra jerġa’ jitwarrab il-Kandidat Nazzjonalista Alex Borg

Ftit tal-jiem ilu, Peter Agius tella’ post ieħor minn Għawdex. Din id-darba, dan il-post tellgħu mid-Dwejra. Fih stieden kandidat żagħżugħ Nazzjonalista, Dareen Carabott. Sa hawn ma għamel xejn ħażin. F’dan il-post Agius tkellem dwar konferenza stampa li ta’ f’Għawdex dwar il-kultura. Din id-darba ma kellux miegħu kandidati Għawdxin. Wieħed jinnota li Dareen Carabott hu kandidat li ħiereġ fuq Malta. Mill-kandidati kollha Nazzjonalisti li ħerġin fuq Għawdex, wieħed biss għadu ma tax konferenza stampa ġewwa Għawdex ma’ Peter Agius. Dan hu l-kandidat żagħżugħ Alex Borg.

Nimmagina li din id-darba Alex Borg seta’ ġie mistieden minn Peter Agius biex jkun miegħu u jitkellmu miegħu fuq il-kultura Għawdxija mid-Dwejra ma’ Dareen Carabott. Infakkar li Peter Agius huwa l-kelliem ewlieni tal-Partit Nazzjonalista. Huwa persuna li jħaddem ħafna. Biss il-mod kif qed jaħdem bħalissa fir-rigward tal-kandidati Għawdxin qed iħalli “mixed feelings” fil-Partit Nazzjonaista u fost l-istess partitarji Għawdxin. Il-mistoqsija li qed issir hija din. Il-mod ta’ kif qed jaħdem qed ikun ta’ tfixkil jew ta’ għajnuna għall-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista ġewwa Għawdex?

Qabel ma ppubblikajt dan l-artiklu bagħat messaġġ fuq messenger lil Peter Agius u staqsejtu jekk għal din il-konferenza stampa li ta’ ġewwa d-Dwejra stiedinx lil Alex Borg. Għidtlu qed nistaqsik qabel nikteb l-artiklu. Sal-lum ma tanix tweġiba.

Jekk il-Partit Nazzjonalista jrid jimxi ‘l quddiem irid ikun ġust mal-kandidati kollha u jimxi magħhom mingħajr preferenzi. Dak li hu żgur li bil-mod li Peter Agius qed jaġixxi fil-każ ta’ Alex Borg qed jagħti l-impressjoni li waqt li fil-pubbliku jingħad diskorsi ta’ ejjew magħna, fil-prattika hemm politika ta’ apartheid fil-Partit Nazzjonalista li ġewwa Għawdex tfisser li jekk inti jew familtek ma’ Giovanna Debono, sirt qiesek għandek il-pesta għal din l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista.

B’hekk f’dan ir-rwol, Peter Agius irid joqgħod attent li ma jkomplix joħloq konfużjoni fl-imħuħ tan-nies jew juża dawn il-konferenzi biex jibgħat messaġġi kontra jew favur xi kandidat jew deputat partikolari dan għaliex xi kandidat baqa’ ma’ Giovanna Debono meta kulħadd kien abbandunaha fil-Partit Nazzjonalista u waħħulha waħidha. B’din l-attitudni, il-Partit Nazzjonalista ma jista’ qatt jerbaħ elezzjoni.

One thought on “Għal darba oħra jerġa’ jitwarrab il-Kandidat Nazzjonalista Alex Borg

  1. Filwaqt li naqbel perfettament li M’GĦANDU jsir xejn biex jinħafru dawn id-djun li min jaf kemm akkumulaw matul is-snin. Fl-istess ħin nistaqsi lil Peppi Azzopardi jekk jistax jagħtina raġuni waħda li hija favur din il-konċessjoni li rridu nħallsu għaliha aħna bit-taxxi tagħna. Niftakru li jekk aħna ma nħallsux it-taxxi jitfawna l-ħabs.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *