Where your opinion counts

Ftit mistoqsijiet lil Christian Peregin mingħand tesserat Nazzjonalista

Persuna li taqra dan il-blog talbitni biex nagħmel xi mistoqsijiet lil Christian Peregin. Normalment, Peregin huwa persuna li meta niktiblu jwieġeb il-mostoqsijiet tiegħi. U naħseb li kieku nibgħathomlu ma jkollux diffikulta’ biex iwieġibhom. Biss peress li dawn huma mistoqsijiet b’pjuttost partikolari qed nagħmilhom fuq din il-pagna mill-ewwel. Din il-persuna Nazzjonalista qaltli hekk:

“Qed jieħu pjaċir li Chris Peregin jitfgħalna xi post ‘l hemm u ‘l hawn. Huwa għadu jħoss komdu li jagħmel dan għax għadu jħossu li jista’ jilgħab il-logħba ta’ ġurnalist, għalkemm issa qiegħed f’sitwazzjoni strateġika, jiġifieri l-istrateġista ewlieni tal-Partit Nazzjonalista. Imma issa, ħafna drabi, sar flok jikkritika jitlob l-għajnuna u jgħidilna x’għandu jagħmel kull min għandu għal qalbu l-pajjiż. Jikteb ukoll u ħafna drabi jindirizza s-sostenituri tal-Partit Nazzjonalista u jipprova jikkonvinċihom x’għandhom jagħmlu biex jgħinu n-narrattiva tal-Partit.

Forsi wasal iż-żmien li jgħidilna hu x’kien jagħmel fil-ħajja ta’ qabel ma daħal mal-Partit Nazzjonalista. Issa Peregin qed jitlob ħafna trasparenza. Qed jitlob l-ideat. Qed jitlob l-input ta’ ħafna nies. Qed jitlob lil kull min irid biex jipparteċipa f’ ‘Kun il-bidla’. Qed jitlobna nagħmlu parti mit-team tal-Partit Nazzjonalista, mingħajr ma jgħidilna x’kien jagħmel hu qabel sar Nazzjonalist.

Dan qalilna li għamel 13-il sena ma jġerrahx lill-Partit Nazzjonalista u li kien għin lil Joseph Muscat meta kien għadu kap tal-Oppożizzjoni u meta laħaq Prim Ministru fl-2013. Imma f’ġieħ it-trasparenza li Chris Peregin dejjem jippretendi minn kull wieħed li jikteb fuqu jew isemmih, se nistaqsih lil Peregin, jekk hux veru li kellu korrispondenza jew ċ-chats ma’ Joseph Muscat u jekk hux lest li jippubblikahom?

Peress li Peregin kien fuq in-naħa t-tajba ta’ Joseph Muscat nixtieq nistaqsih jekk kellux relazzjoni ma’ Kurt Farrugia, Adrian Hillman u Keith Schembri? Jekk iwa, jista’ jagħmel l-istess u jippubblika dak kollu li għadda bejnu u bejn dawn it-tlieta min-nies?

Dan jinħtieġ li jagħmlu jekk irid ikun onest u trasparenti mat-tesserati tal-Partit Nazzjonalista. Irid jiftakar li huma t-tesserati li huma l-employers tiegħu. Dawn it-tesserati għandhom dritt ikunu jafu lil min impjegaw fil-partit. Għandhom dritt ikunu jafu dwar r-relazzjonijiet politiċi li kellu u li għandu l-persuna li f’idejha ħallew id-destin politiku tagħhom.

Min-naħa tiegħi, mhux qed nistenna li jibgħatli t-tweġibiet personalment fuq dan is-sit. Jekk jibgħathomli jaf li jien nippubblikahom. Imma naħseb li din il-persuna qed tistenna li Christian Peregin jtella’ post fuq il-Facebook page tiegħu u jitkellem ċar fuq dawn ir-relazzjonijiet u jgħid jekk kienux jeżistu iwa jew le.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *