Where your opinion counts

Arnaud jkompli bil-ħrafa li Yorgen Fenech jista’ jaħrab

Illum kellna l-kontinwazzjoni tal-kawża li fetaħ Yorgen Fenech u li qegħda tinstema quddiem l-imħallfa Miriam Hayman. Fiha xehed Arnaud. Arnaud reġa’ beda jaqra minn chats li skont hu juru li Yorgen Fenech ried jaħrab. F’din il-famuża ħarba, suppost li kien hemm jgħinu z-ziju ta’ Yorgen Fenech, Ray Fenech.

Mela jekk wieħed jemmen lil Arnaud, Ray Fenech kien qed jgħin persuna kriminali biex jaħrab. Fi kliem ieħor, Ray Fenech kien qed jagħmel reat.

Mela għala Arnaud ma arrestahx lil Ray Fenech jew għall-inqas bagħat għalih id-depot biex jinterrogah dwar din il-famuża ħarba. Xejn ma ġara minn dan kollu.

L-istess jista’ jingħad għal ħu Yorgen, Franco. dan issemma li kien ser jgħinu. Għala qatt ma ġie mistoqsi mill-pulizija dwar din il-ħarba?

Fuq kollox Arnaud semma wkoll ir-referenza li kien hemm ta’ The Times. F’dan il-każ għala ma ġewx interrogati Ivan Martin jew Ivan Camilleri ħalli naraw min verament għaddielu l-informazzjoni minn The Times lil Yorgen Fenech?

Għala Ivan Camilleri, Ivan Martin u Ray Fenech li qed jissemmu nkonnessjoni mal-fatt li Yorgen Fenech ried jaħrab qatt ma nġibu bħala xhieda mill-pulizija biex jikkollaboraw ma’ dak li qed jgħid Arnaud? Għala Ivan Martin u Ivan Camilleri qatt ma kienu ġew interrogati dwar dan li suppost qed jgħid dwarhom Yorgen Fenech lil Ray Fenech?

Fuq kollox, issemma Keith Schembri. Infakkar li Keith Schembri qatt ma ġie msejjaħ biex jixhed bħala parti mill-kontro-eżami li suppost id-difiża għamiltu. Għala d-deputat avukat tar-Repubblika Philip Galea Farrugia qatt ma bagħat għalih biex ikun jista’ jitla’ jixhed bħala parti mill-kontro-eżami? Imbagħad, x’suppost intqal ma’ Keith Schembri jinġib bħala prova minn Arnaud għala Yorgen Fenech ma għandux jingħata l-liberta’ provizorja.

Imbagħad min qed ikun akkużat li hu l-king pin tad-droga f’Malta ngħata bail. Naħseb li hemm aktar periklu għaċ-ċittadini li persuna mitqiesha bħala li għandha r-rakkett tad-droga f’Malta titħalla tiġri barra milli Yorgen Fenech.

Dan hu l-istat tal-biki li tinsab fiha l-ġustizzja f’Malta.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *