Kemm tela’ d-dejn tal-PN taħt Bernard Grech?
Sorsi informati tajjeb minn ġewwa d-Dar Ċentrali qed jgħidu li d-dejn kemm ilu hemm Bernard Grech, mhux talli naqas, talli żdied waħda sew u saħansitra qed tissemma li tela’ bi tliet miljuni, ma’ dak li kien hemm qabel. Waqt li Bernard Grech qed jagħti l-impressjoni li l-flus mhux problema tant li ddaħħlu numru ta’ ħaddiema mal-Partit Nazzjonalista, id-dejn tal-Partit Nazzjonalista kompla jispara ‘l fuq.
Nista’ nistaqsi forsi xi ħadd jindenja ruħu jirrispondi, jekk din iċ-ċifra ta’ tliet miljuni hix korretta jew le?
Hu fatt magħruf li d-dħul naqas fil-Partit Nazzjonalista. Biss il-Partit Nazzjonalista baqa’ jdaħħal nies b’salarji tad-deheb. B’hekk nistaqsi lil Bernard Grech kemm żdid id-dejn tal-Partit Nazzjonalista minn mindu ħadt over? Inkun qed ngħid sewwa Dr Grech, li d-dejn kemm ilek hemm int, żdied bi 3 miljuni?
Qed nagħmel din il-mistoqsa b’mod pubbliku għax naf li għalxejn nibgħat il-mistoqsa bil-miktub għaliex mhux ser ningħata tweġiba.

Qed jahdmu biex jinbieghu il Kazini tal PN kollha.
How much exactly is your golden salary from PL?
obviously debt much more P,N money need it after THE NEW leadership AS even the desk HE wanted a new ONE HE didn’t want the old one after Simon and Andrea