Kif il-pulizija Maltija taħdem favur Melvin Theuma

Illum, Il-Malta Today tat l-aħbar li l-partner, it-tifla tagħha u l-għarus tat-tifla  ta’ Melvin Theuma ser jitressqu l-qorti fuq money laundering u logħob illegali. Il-Malta Today irrappurtat hekk.

In a magisterial inquest compiled by Gabriella Vella, Theuma’s partner Charmaine Zammit, 42 of Zurrieq, her daughter Shianne Zammit, 26, and her partner Ryan Farrugia, 26, of Qormi, were referred for charges on money laundering. They are to appear before Magistrate Natasha Galea Sciberass, according to police sources.

Biss dak li mhux qed jingħad f’dan il-każ hu kif il-pulizija, ma resqithomx b’arrest. B’hekk jidher li tressqu b’ċitazzjoni. X’inhi d-differenza? Meta persuna titressaq b’arrest ifisser li dik il-persuna tista’ tintbagħat u ħafna drabi tinżamm il-ħabs. Meta titressaq b’ċitazzjoni jfisser li l-persuna ma tinżammx arrestata l-ħabs.

Daqshekk hu ppreferut u ttrattat b’ingwanti tal-ħarir Melvin Theuma, mill-korp tal-pulizija!

Infakkar li meta Keith Schembri, missieru Alfio, Brian Tonna, Castagna, Karl Cini u oħrajn tressqu l-qorti fuq money laundering, il-pulizija ressqithom b’arrest u b’hekk dawn inżammu l-ħabs. Forsi tgħiduli li dawn huma ismijiet kbar. Biss ma nafx kemm missier Keith hu isem kbir! L-istess jista jingħad għal Darren Debono u Florinda Sultana. Dawn tressqu l-qorti b’arrest fuq money laundering. Biss anki meta kien hemm persuni żgħar, dawn ukoll tressqu l-qorti fuq money laundering b’arrest u kien hemm każi li nżammu l-ħabs għaliex it-talba mill-arrest ma ġietx milqugħa mill-qrati tagħna. B’hekk dawn riedu jiltobu l-ħelsien mill-arrest – jiġifieri l-bail – biex jinħelsu mill-ħabs.

Mela  l-familja ta’ Melvin Theuma mhix isem kbir. Dan vera ngħata maħfriet presidenzjali, biss għamel reati kbar u kien involut f’numru ta’ delitti f’Malta. Għaliex allura dawn ma hux ser jitressqu l-qorti b’arrest? Għaliex qed jitressqu b’ċitazzjoni?

Dak li hu żgur li min jitla’ b’ċitazzjoni ma għandux bżonn jitlob għall-bail!

X’inhu l-patt imxajtan li hemm ma’ Melvin Theuma, l-ikbar kriminal u giddieb u l-korp tal-pulziija? Fejnha l-oppożizzjoni biex tikkritika u tneżża għarwien lil dan il-korp tal-pulizija? Mhux ta’ b’xejn ġejna mqegħda fuq il-lista l-griża għaliex dan l-aġir huwa disgustanti!

2 thoughts on “Kif il-pulizija Maltija taħdem favur Melvin Theuma

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *