Where your opinion counts

Mara tidher li mietet wara li ħadet it-titqiba

Bħalissa għaddejjin stejjer li mara mietet wara li ħadet il-vaċċin. Mhux ser nidħol fil-każ. Biss nixtieq ngħid li meta bdejt nagħti spazju lil nies li kienu kontra l-vaċċin, ħafna ħaduha kontra tiegħi. Saħansitra kien hemm nies, inkluż akkademiċi li talbu għat-tkeċċija tiegħi mill-universita’. Manuel Delia għajjarni li jien theddida għal poplu Malti. Issa dan Manuel Delia jmur hu isabbar din il-familja.

Issa tifhmu għalfejn jien nagħti leħen lil nies li jinsabu f’qagħda minoritarja. Biss hu importanti li l-leħen tagħhom jinstema.

Dak li nista’ ngħid li persuna ħabiba tiegħi li ħadet it-tieni titqiba, filgħaxija tellgħatilha pastumetta f’ħalqha.

Infakkar li din it-titqiba għadha fuq fażi esperimentali.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *