Edwina Licari mhix Suġġetta għall-Inkjesta.
Xi jiem ilu għamilt artiklu dwar Dr. Edwina Licari u l-istorja li kienet ħarġet fuqha li hija siefret Las Vegas bil-permess tas-superjuri tagħha. Dan kont għamiltu minħabba l-istorja li ħarġet qalu li hija kissret kull etika meta siefret ma’ Yorgen Fenech Las Vegas.
Bħas-soltu, numru ta’ trolls, li jiktbu fl-anominat fil-group tiegħu, jiġifieri taħt profil falz, ħarġu jgħajruni. Illum qed inġib artiklu fil-media tal-isqfijiet ftit tal-jiem ilu. Dan l-artiklu jgħid li l-Board tal-MFSA qabbad l-ex-Prim Imħallef Joe Azzopardi u lill-avukat indipendenti Dr Mark Simiana biex janalizzaw kemm jista’ jkun malajr jekk Joe Cuschieri kisirx l-etika meta siefer ma’ Yorgen Fenech Las Vegas.
Kemm ngħid li f’din l-inkjesta, l-isem ta’ Dr. Edwina Licari ma hux inkluż. Għall-inqas, dan l-artiklu ma ssemmiehx. Tal-impressjoni li din ma ġietx inkluża għax irreżenjat. Biss kemm infakkar li meta persuna tirreżenja, xorta tista’ tibqa’ soġġetta għall-inkjesta. Il-fatt li mhix investigata jikkonferma dak li kont ktibt, jiġifieri li Dr. Edwina Licari siefret bil-permess tas-superjuri tagħha.