L-Allegat Tixħim tal-Ġurnalista Ivan Martin

Verament il-familja ta’ Yorgen Fenech ma għandix minuta kwieta. Meta l-affarijiet bdew jiċċaraw u n-nies bdew jifhmu l-aġenda li teżisti kontra Yorgen Fenech inqala’ dan il-każ fejn wieħed mill-avukati tad-difiża, Dr. Gianluca Caruana Curran, ġie akkużat minn ġurnalist ta’ The Times, Ivan Martin, li ried jgħaddilu xi flus. Irrispettivament jekk hix minnha jew le, din hija azzjoni li ma naqbilx magħha u kundannabbli.

Nemmen u ninsab ċert li din l-aħbar għamlet ħsara l-kawża ta’ Yorgen Fenech. Ovvjament mill-ewwel bdew l-ispekulazzjonijiet jekk wara din l-azzjoni hemmx l-id ta’ Yorgen Fenech jew le. Fil-verita’ Yorgen Fenech qiegħed il-ħabs. Biss xorta tibqa’ l-mistoqsija, jekk l-avukat inkwistjoni qatt tkellimx ma’ Yorgen Fenech dwar dan il-fatt jew dawn id-diskussjonijiet ma’ Ivan Martin. Naħseb li f’dan l-istadju, l-avukat Caruana Curran għandu jgħid jekk Yorgen Fenech ġiex ikkunsultat u infurmat li kien ser jgħaddi flus lill-ġurnalist inkwistjoni. Naħseb li din il-mistoqsija għandha tkun magħmula lill-avukat Gianluca Caruana Curran jew dan minn rajh għandu joħroġ stqarrija f’dan is-sens.

Fuq kollox, għandna nisimgħu l-verżjoni tiegħu tal-fatti sew. S’issa smajna l-verżjoni li ħarġet The Times u l-Media li jagħtuha support.

Imbagħad The Times ġabitilna l-ittra ta’ l-avukat Gianluca Caruana Curran. Skont The Times, Caruana Carrun qal li kien Ivan Martin li avviċina lid-Defence team u tkellem dwar il-media bias jew żbilanċ fil-media li hemm kontra Yorgen Fenech. U fuq kollox min talabha din il-laqgħa verament?  Ivan Martin jew wieħed mill-avukati tad-difiza? Veru kif qed jgħidu l-avukati tad-difiza li Ivan Martin talabhom il-flus? Jekk din minnha, din hija akkuża serja. Fuq kollox, vera li hemm aġenti tas-secret services li huma inkwetati b’dan il-każ li sejjer ħażin għalihom. Mela sewwa qed nikteb jien f’dan il-każ. Dan il-fatt huwa ndipendenti mill-fatt jekk għaddewx flus jew le f’dan il-każ.

Iżda dan il-bias fil-media ma tiġix korrett billi jingħataw il-flus lil xi ġurnalista jew xi ġurnalista li jitlob kumpens! Jekk it-Tumas Group irid jindirizza dan l-iżbilanċ, dak li għandu jagħmel huwa li jibdlu l-fundazzjoni li kienu waqqfu għall-ġurnaliżmu u jibdluha fi struttura ġurnalistika li tħaddem ġurnalisti li lesti jagħtu l-verita’ kollha f’dan il-każ u mhux aħbarijiet imxaqilba fuq naħa waħda biss, jiġifieri jmexxu l-interessi tal-familja ta’ Caruana Galizia u l-akkolti tagħha.  

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *