Dr. Edwina Licari ssiefer bil-permess tas-superjuri tagħha

Matthew Caruana Galizia tella’ blog ftit tal-jiem ilu li qed nirripproduċi hawn taħt fejn fih tkellem dwar Joseph Cuschieri u l-mawra tiegħu ma’ Yorgen Fenech ġewwa Las Vegas. Ma’ Yorgen Fenech marret ukoll Dr. Edwina Licari. Mhux ser nidħol f’din l-istorja; biss kontra dak li ntqal fil-media u kontra dak li qed jimplika Matthew Caruana Galizia, Dr. Edwina Licari ma għamlet xejn ħażin li tmur kontra l-governanza tajba. Kont nistenna ftit aktar serjeta’ mill-media tal-bonisti Maltin. Għaliex qed ngħid dan? Fil-media ħareġ li Dr. Edwina Licari bgħattet l-ittra tar-reżenja tagħna. Din ir-reżenja ġiet aċċettata mill-Ministeru tal-Finanzi. Biss nixtieq nistaqsi jekk hux veru li fl-ittra tar-reżenja tagħha,  Dr. Edwina Licari qalet li hija kienet siefret Las Vegas ma’ Yorgen Fenech bil-permess tas-superjuri tagħha fil-Gaming Authority? Infakkar li meta hija marret Las Vegas kienet għadha taħdem mal-Gaming Authority.

Jiġifieri jekk din l-informazzjoni li għandi hija minnha, Dr. Edwina Licari kienet talbet permess biex issiefer ma’ Yorgen Fenech. Mela jista’ jgħidli għala l-Ministeru tal-Finanzi jew il-Prim Ministru aċċettaw din ir-riżenja tagħha? Mela vera qed nitilfu l-boxla f’dan il-pajjiż! Minn mindu, persuna li ssiefer bil-permess tas-superjuri tagħha tintalab li tirreżenja wara li din is-safra ssir suġġett tal-media? Meta talbet dan il-permess, Joseph Cuschieri ma kienx għadu jaħdem hemm, jiġifieri hu ma setgħax ikollu x’jaqsam mal-ħruġ ta’ dan il-permess.

Fuq kollox, dan id-dettal juri li din verament kienet safra fuq xogħol. Qed ngħid dan għaliex min jaħdem fiċ-ċivil jaf kemm hija stretta u tal-punt Dr. Edwina Licari. Jaqaw kien hemm min ried jeħles minnha għax hija tal-punt?

Biss Matthew Caruana Galizia ma waqafx s’hawn. Skont Matthew Caruana Galizia, ħu Edwina Licari, li jien ma nafux minn Adam, kien imur jara lil Yorgen Fenech il-ħabs. Din hija affari tiegħu u ma nafx x’għandha x’taqsam mal-każ ta’ Yorgen Fenech jew Governanza tajba. Fuq kollox dan l-individwu l-anqas kien magħhom fis-safra.

Dak li nista’ ngħid huma dawn it-tliet affarijiet.

L-ewwel li ħu Dr. Edwina Licari għamel waħda mis-sebgħa opri tal-ħniena li kull Kattoliku ta’ veru – mhux falz – hu marbut li jagħmel meta jmur iżur lil Yorgen Fenech il-ħabs.

It-tieni li din kienet verament safra marbuta ma’ xogħol u mhux kif tat x’tifhem il-media tal-governanza tajba li dawn marru mawra sa Las Vegas fi skappatella sesswali jew xalata. Qed ngħid dan, għaliex dan kien undertone ta’ din l-aħbar li kienet maħsuba mill-media tal-bonisti biex tkisser il-familji ta’ dawk involuti.     It-tielet u l-aħħar punt, din il-familja ta’ Caruana Galizia kompliet tkisser u ġġelled lin-Nazzjonalisti bejniethom. Għaliex dan kien attakk dirett fuq il-familja Licari li kulħadd jaf li hija (jew aħjar ngħid kienet) Nazzjonalista kbira. Infatti, dan kien l-uniku fatt li kont naf dwar din il-familja qabel ma ħarġet din l-istorja kollha. U dan l-attakk hu bbażat fuq gidba fis-sens li mhux veru li Dr. Edwina Licari kissret xi etika tal-governanza tajba għaliex hija verament siefret fuq xogħol bil-permess tas-superjuri tagħha.

Leave a Reply