L-Aħwa Agius u l-Bomba li Qatlet lil Daphne

Skont The Sunday Times tal-bieraħ, 19 ta’ Ottubru, il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia ġiet mingħand l-aħwa Robert u Adrian Agius li huma magħrufa bħala tal-Maksar minn Ħaż-Żebbug. Dejjem skont The Sunday Times, dawn iż-żewġt aħwa, Robert u Adrian kienu jaħdmu flimkien ma’ Jamie Vella.

Din l-informazzjoni tidher li kienet ilha għand il-ġurnalisti iżda wkoll kienet ukoll għand il-familja Caruana Galizia stess. Tant hu hekk, li The Sunday Times tfakkarna li Daphne Caruana Galizia kienet kitbet artiklu kontra tagħhom. The Sunday Times anki għamlet referenza għal dan l-artiklu. The Sunday Times tallega li dawn għandhom konnessjoni mal-Mafia fi Sqallija, dik Albaniza u Rumena fost l-oħrajn. Infakkar li Daphne Caruana Galizia qatt ma kienet kitbet artiklu kontra Yorgen Fenech. Mela hawn jista‘ jkun hawn mottiv ieħor għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Minn barra dan kollu, l-ismijiet tal-aħwa Agius bħala l-persuni l-prokuraw, jiġifieri għaddew din il-bomba, issemma anki fix-xhieda mogħtija fil-qorti fil-5 ta’ Frar li għadda.

Biss anki jekk kien hemm din l-informazzjoni kollha, u din l-informazzjoni kienet magħrufa mill-familja Caruana Galizia, l-avukati tal-familja Caruana Galizia qatt ma rassu lill-pulizija, kemm fil-qorti u anki waqt l-inkjesta, dwar dan il-fatt.

Wara dawn is-snin kollha mill-qtil ta’ Daphne, huwa diffiċli biex wieħed jemmen li l-pulizija għadhom jinvestigaw l-involviment tal-aħwa Agius f’dan il-każ. Fuq kollox, The Sunday Times timplika l-aħwa Agius f’attentati oħra ta’ bombi li kellna f’Malta matul dawn l-aħħar snin. Huwa fatt li wara l-qtil ta’ Daphne, dawn l-attentati bil-bombi f’Malta waqfu. Żgur li wara dawn l-attentati kollha bil-bombi ma kienx hemm Yorgen Fenech!

Imma l-mistoqsija tibqa’ din. Għala l-avukati tal-parti ċivili qatt ma rassu lill-pulizija fuq dan il-fatt? Għala qatt ma staqsew dwar l-aħwa Robert u Adrian Agius? Għala qatt ma saru mistoqsijiet fuq Jamie Vella?

L-impressjoni li wieħed jieħu wara li jaqra dawn l-artikli f’The Sunday Times huwa li l-aħwa Agius qed igawdu minn protezzjoni. Mnejn ġejja din il-protezzjoni ma nafux. Kieku ma hemmx din it-tip ta’ protezzjoni, kieku ilhom li tressqu l-Qorti. B’dak li kitbet The Sunday Times fuqhom hemm aktar milli biżżejjed biex jittieħdu passi kontra tagħhom.

Hawn ser nġib x’kiteb Ray Camilleri rigward l-aħwa Agius:

“Aktar ma jgħaddi iż-żmien aktar nikkonvinċi ruħi li l-mottiv wara il-qtil ta DCG mhux 17Black imma xi ħaġa oħra. Darba naf li DCG semmiet lil Aguis tal-Maskar u wara ftit rrispondiha u hi għalqet ħalqha donnu beżgħet minnhu. Issa biex DCG għalqet ħalqha ci vuole!!

https://timesofmalta.com/articles/view/maltas-mystery-gangland-wars-and-no-justice.825463

Leave a Reply