Where your opinion counts

Ir-Rifle ta’ Yorgen Fenech

Jien ġa għidt li Yorgen Fenech ġie framed-up. Fuq din kien hemm ħafna li ma qablux miegħi. Biss aktar mal-gażżetti jippubblikaw dettalji dwar dan il-każ aktar nikkonvinċi ruħi li kelli raġun. Mela l-Ħadd, 18 ta’ Ottubru 2020, The Sunday Times ippubblikat storja ta’ kif kellha tinqatel Daphne Caruana Galizia. Konna nafu li l-pjan oriġinali kien li kellhom jisparawlha. Issa sirna nafu li kienu ġew mogħtija tliet rifles biex bihom isir dan id-delitt. Instab, wara li ppruvaw tnejn minn dawn ir-rifles, li ma kienux tajbin biex jintużaw għal dan it-tip ta’ qtil. It-tielet wieħed kien saħansitra msaddad. Imkien The Sunday Times ma semmgħiet li Yorgen Fenech kien wara l-prokurament ta’ dawn ir-rifles.

Issa jekk wieħed jiftakar tajjeb, kien issemma’ rifle waqt l-inkjesta li qed jagħmlu t-tliet imħallfin. Dan kien issemma mis-Supretendent George Cremona. Hu qal li l-pulizija kellha informazzjoni li ġie ordnat rifle permezz ta’ dark web – jew web sigrieta. Din l-arma tan-nar kienet ġiet ordnata fuq l-isem ta’ George Fenech, missier Yorgen u kellha tkun mwassla bil-posta fl-uffiċju ta’ George Fenech li kien jinsab fit-Torri ta’ Portomaso. Meta saret din l-ordni, George Fenech kien mejjet. Infakkar, li f’dan l-uffiċju, il-posta tinfetaħ mis-segretarjat u mhux minn George Fenech, li kien ilu mejjet.

Fuq kollox, il-pulizija qalet li ma sabitx min għamel din l-ordni minħabba li din is-site leħqet għalqet mill-awtoritajiet Taljani! Wieħed jistaqsi għala l-pulizija ma kkordinatx mal-awtoritajiet Taljani biex jaqbdu min għamel din l-ordni qabel ma għalquha?

Issa ma hemmx dubbju li Yorgen Fenech kellu l-mezzi kollha biex iġib arma mill-Amerika mingħajr ma jinqabad. Ma kellux għalfejn jordnaha bil-posta. Kieku verament hu l-mandant jew ko-mandant, l-anqas kien ser jagħti rifle imsaddad jew rifles ma jaħdmux biex tinqatel bih Daphne. Biss bejn il-prokura ta’ dawn ir-rifles u min għamel din l-ordni fuq id-dark web tidher li hemm elementi inkomuni.

Il-mistoqsija tiġi waħida. Hemm relazzjoni bejn dawk li pprokuraw ir-rifles u min għamel din l-ordni fuq dan id-dark wibe site? Jiġifieri min għamel din it-talba permezz ta’ dan id-dark web huwa l-istess persuna jew persuni li pprokuraw dawn il-rifles? Jekk il-pulizija issib min għamel din l-ordni, nibdew insibu min hemm verament wara dan il-frame-up.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *