Survey Jikkonferma li Adrian Delia ma kienx il-Problema tal-PN

Illum il-gazzetta It-Torċa tagħtna survey ieħor magħmul minn Vincent Marmara. Ħadd ma jiddubita l-ġenwinita’ ta’ dan is-survery. Marmara issa għamel isem għalih f’dan il-qasam. X’ħareġ minn dan is-survey? Ħareġ dak li kont qed ngħid jien matul il-kampanja ta’ kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Prattikament, din il-kampanja ħsara biss għamlet u mhux ġid lill-Partit Nazzjonalista. Bernard Grech illum qiegħed fuq l-istess livell li kien Adrian Delia, jekk mhux agħar għaliex id-distakk kompla jikber. Jekk issir elezzjoni llum, il-Lejber ikompli jzid id-distakk tiegħu. Ser izid bil-ftit ta’ 0.7%. Mela xorta għad hemm distakk ta’ 40,000 vot bejn il-partiti l-kbar. Mela, b’li għamlu r-ribelli, komplew ikabbru l-qabar li bnew għalihom infushom u għall-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jsir il-Partit ta’ Daphne Caruana Galizia u dawk li bħalha jaħsbu li huma tal-first tier. Infakkar li survey bħal dan pprovoka krizi fil-Partit Nazzjonalista.

Ħa ngħid, dan mhux tort ta’ Bernard Grech. Anki jekk wara dan ir-rizultat, jinbidel il-kap tal-Partit Nazzjonalista, xorta ma hu ser jibdel xejn. Il-ħsara issa saret. Seta’ kien minn kien il-leader, dan ir-rizultat kien ser iġib. Dak li qed jgħarraq lil Grech li llum hu ostaġġ ta’ group ta’ nies li huma estremisti u bl-arroganza tagħhom ser ikomplu jgħarqu lil PN. Il-problema tal-PN hija li b’dan ir-rizultat ma jistax iġib vot Laburista lejh. Anzi b’li għamlu lil Adrian Delia, jekk kien hemm xi Laburisti li forsi kienu lesti li jivvutaw PN, illum bidlu fehemhom.

Hu ċar li l-Lejber għandu problemi kbar f’distretti Laburisti fejn l-appoġġ lejh qed jonqos anki jekk għadu jzomm il-maġġoranza tal-voti f’dawn id-distretti. Dak li mhux qed jgħid dan is-survey kemm ser ikunu il-voti effettivi li ser iġibu l-partiti. Iċ-ċans huwa li l-PN u l-PL qed inaqqsu fil-voti, biss il-PN qed inaqqas aktar mill-PL.

Hawn qed nirreferi b’mod partikolari għar-raba’ u t-tielet distrett. F’dawn id-distretti, hemm rabja fost il-Laburisti akkaniti lejn il-Partit. Dak li nista’ ngħid li l-Lejber qed jieħu l-passi ħalli kemm jista’ jkun inaqqas jew imewwet din l-emorogija li tinsab l-aktar fost il-partitarji akkaniti.

Kien għalhekk li saret pressure kbir fuq Miriam Dalli biex tidħol fil-Parlament Malti anki jekk ma xtaqitx. Miriam Dalli tista’ tirrilata aktar mal-partitarji akkaniti Laburisti li llum huma rrabbjati lejn il-partit tagħhom. Il-Partit Laburista qed jagħmel kif kien għamel il-PN meta ġab lil Simon Busuttil minn Brussel minħabba r-rabja interna li kien hemm fil-PN qabel 2008.

Dak li hu zgur, li l-Partit Laburista mhux ser jagħti ċans lil PN. Bernard Grech mhux qed igawdi l-fiduċja tal-elettorat. Anki jekk Robert Abela ma għandux il-karizma li kellu Joseph Muscat, il-Partit Laburista ser jipprova jnaqqas dan il-fatt billi jġib b’Miriam Dalli li hija politiku mara u ġġorr karizma b’mod speċjali mal-partitarji Laburisti akkaniti.

Mela l-previzzjoni tiegħi hija din. Jekk Miriam Dalli taħdem tajjeb, id-distakk bejn iz-zewġ partit ser ikompli jizdied għaliex jekk hija tikkonvinċi lill-Laburisti li llum ma jridux joħorġu biex jivvutaw, joħorġu, il-PN ser ikollu nkwiet serju għaliex il-politika elitista tiegħu, ibbazata fuq il-mibegħda ma hija ser twasslu mkien.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *